Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-finanzjament tal-investiment

Financing investment

Il-Kummissjoni Ewropea nediet inizjattiva ġdida ta' investiment li se tiġġenera EUR 300 biljun ta' investiment, biex tingħata spinta qawwija u mmirata lil oqsma tal-ekonomija li joħolqu l-impjiegi u jżidu it-tkabbir ekonomiku.

L-Unjoni Ewropea tgħin fil-finanzjament tal-investimenti fl-Ewropa b’politiki mmirati u riżorsi finanzjarji ddedikati. Il-baġit tal-UE essenzjalment huwa fond ta’ tkabbir ta’ EUR 1 triljun li jista’ jgħin lill-pajjiżi Ewropej iżommu l-investimenti ewlenin anke meta l-gvernijiet tagħhom ifittxu tfaddil. Il-fondi għall-iżvilupp tal-UE għandhom impatt kbir fuq l-ekonomiji ta' ċerti pajjiżi.

Minn mindu bdiet il-kriżi, l-UE ħadet numru ta’ passi biex iżżid l-impatt u d-disponibbiltà tal-fondi ta’ investiment tagħha, b’mod partikolari fil-pajjiżi li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi. Il-gvernijiet tal-UE żiedu wkoll il-kapaċità ta’ self tal-Bank Ewropew tal-Investiment b’EUR 60 biljun fis-sena.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Kummissjoni Ewropea qed jaħdmu wkoll fuq inizjattiva biex l-investituri jitħeġġu jiffinanzjaw proġetti ta’ infrastruttura fuq terminu twil, imsejħa bonds tal-proġetti.

Koordinazzjoni mal-Grupp ta’ l-EIB u l-EBRD

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test