Mogħdija tan-navigazzjoni

L-impjiegi

Employment

Ir-rata għolja tal-qgħad hija waħda mill-akbar sfidi li qed taffaċċja s-soċjetà Ewropea. Il-ħolqien ta’ ekonomija ħajja u sostenibbli li toħloq u tappoġġa l-impjiegi huwa tema ċentrali wara l-politiki kollha tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi analiżi, pariri u appoġġ finanzjarju lill-gvernijiet biex jindirizzaw il-kawżi ta’ rata ta’ qgħad għolja li xi drabi jkollhom għeruq profondi u jkunu kumplessi.

Ikseb aktar tagħrif dwar l-analiżi tas-suq tax-xogħol.

L-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi

L-istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi tara li toħloq iktar impjiegi ta' kwalità aħjar fl-UE. Tispira ruħha mill-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir ekonomiku.

Hi bbażata fuq l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir (SAT), li jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-UE għas-sena sussegwenti biex jiġu stimulati t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi u jiftaħ is-semestru Ewropew ta' kull sena, li jippromwovi koordinazzjoni eqreb bejn il-gvernijiet nazzjonali tal-politiki ekonomiċi u fiskali tagħhom.

Bi tweġiba għar-rata għolja ta' qgħad fl-Ewropa, f'April 2012 il-Kummissjoni Ewropea nediet sett ta' miżuri biex tistimola l-impjiegi, l-hekk imsejjaħ "Pakkett għall-Impjiegi".

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test