Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tixjiħ u l-benessri

Ageing and welfare

L-iżgurar li l-Istati Membri jiġġestixxu l-finanzi pubbliċi tagħhom b’mod prudenti u sostenibbli huwa oġġettiv importanti. Sfida importanti għas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi hija t-tixjiħ tal-popolazzjoni.

Għall-ewwel darba fl-Ewropa, fl-2020, il-persuni ta’ età ikbar minn 60 se jsiru aktar numerużi minn dawk taħt il-25 sena. L- għomor żdied b’medja ta’ tmien snin sa mill-1960. Fil-fatt, it-tfal li jitwieldu llum fl-UE jistgħu jistennew li jgħixu sa età ta’ 82 sena bħala medja jekk huma bniet u 77 jekk huma subien. L-għomor itwal kien akkumpanjat minn rata ta' fertilità li qed tonqos, li hija mbassra għal madwar 1.7 wild għal kull mara fl-2060. Barra minn hekk, il-migrazzjoni netta fl-UE, li s'issa għenet biex tikkumpensa għal dawn l-iżviluppi, ukoll hija mbassra li se tonqos.

Fi ftit kliem, dan ifisser li s-sitwazzjoni tal-UE se tinbidel minn waħda fejn ikun hemm 4 persuni fl-età tax-xogħol għal kull persuna ta' età ikbar minn 65 għal proporzjon ta’ 2 persuni biss għal kull persuna.

Dawn il-bidliet demografiċi se jkollhom impatti fuq il-finanzi pubbliċi, f’termini ta’ pensjonijiet, saħħa u n-nefqa għall-kura fit-tul u spejjeż oħra relatati mal-età.

Madankollu, l-effetti tat-tixjiħ tal-popolazzjoni mhumiex se jinħassu mill-ewwel, speċjalment waqt li l-forza lavorattiva tal-UE qed tkompli tikber. Iżda rata ta’ impjiegi li qed tiżdied tista’ biss tipprovdi lqugħ temporanju, u eventwalment il-bidla demografika se tkun ta’ piż kbir għall-ekonomiji tal-Istati Membri tal-UE.

Sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi f’sitwazzjoni ta’ tixjiħ tal-popolazzjoni, jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ b'saħħtu bejn id-dħul pubbliku u n-nefqa pubblika proġettata.

Il-politiki dwar it-tixjiħ u l-istat ta’ protezzjoni soċjali

Il-Protezzjoni Soċjali u l-Inkluzjoni Soċjali

 

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test