Mogħdija tan-navigazzjoni

Glossarju

Glossary

Bank Ċentrali Ewropew (BĊE): Il-bank ċentrali għażżona tal-ewro. Il-BĊE imexxi indipendentement il-politika monetarja taż-żona tal-ewro.

Bank Ċentrali: Bank nazzjonali responsabbli mill-kontroll tar-riservi monetarji tal-pajjiż u jikkontrolla l-provvista fiżika tal-flus.

Bretton Woods: Din kienet sistema ta’ kontroll monetarju internazzjonali miftiehma fl-1944 bejn il-potenzi industrijali maġġuri tad-dinja. Din kienet teħtieġ li l-firmatarji jorbtu l-muniti tagħhom mal-prezz tad-deheb u b’hekk jappoġġjaw l-istabbilta monetarja internazzjonali.

Ecofin: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-konfigurazzjoni tiegħu li tinkludi l-Ministri tal-ekonomija u l-finanzi talpajjiżi tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea: Il-Kummissjoni Ewropea hi waħda mill-istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Tirrappreżenta u żżomm l-interessi tal-UE b’mod ġenerali. Tabbozza l-proposti għal-liġijiet Ewropej ġodda. Tmexxi n-negozju minn jum għal jum għall-implimentazzjoni talpolitika tal-UE u l-infiq tal-fondi tal-UE.

Il-Kunsill Ewropew: Laqgħat tal-Kapijiet tal-Istati jew il-Gvern tal-pajjiżi tal-UE, flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew: B’membri mill-pajjiżi kollha tal-UE, eletti direttament miċ-ċittadini tal-UE, il-Parlament jaqsam ir-responsabbilta mal-Kunsill biex jgħaddi l-liġijiet Ewropej, għalkemm għandu setgħat differenti f’oqsma differenti ta’ attivita. Fl-UEM, il-Parlament jikkontribwixxi fittfassil kemm tal-leġiżlazzjoni kif ukoll tad-dibattitu politiku ġenerali. Dan bis-saħħa tal-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.

L-Eurogroup (Grupp tal-euro): Il-ministri tal-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiżi taż-żona euro.

Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (ERM): Element tas-Sistema Monetarja Ewropea, fejn il-membri tas-SME qablu li jżommu l-prezzijiet relattivi tal-muniti tagħhom fil-limiti ristretti kontra l-ECU. L-ERM ġie mibdul bl-ERM II meta ddaħħlet l-euro fl-1999, fejn l-muniti tal-pajjiżi tal-UE intrabtu mal-euro fi ħdan firxa ta’ flatwazzjoni ta’ ±15%.

Politika fiskali: Tikkonċerna d-dħul (eż. tassazzjoni) u n-nefqa tal-gvern (eż. infiq fuq il-kura tas-saħħa).

Regoli tal-governanza ekonomika tal-UE: Sett ta’ regoli tal-UE li jsaħħaħ il-Patt ta’ Stabbilta u Tkabbir u li jistabbilixxi l-Proċedura tal-Iżbilanċ Makroekonomiku.

Semestru Ewropew: Is-Semestru Ewropew huwa ċiklu ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fiskali fl-UE. Huwa parti mill-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni Ewropea.

"Serp fil-mina”: Mekkaniżmu li jikkontrolla ċ-ċaqliq talmuniti kontra d-dollaru Amerikan, imwaqqaf mill-Komunita Ewropea fl-1972. Is-“serp” jirreferi għall-muniti filwaqt li l-“mina” tirreferi għad-dollaru Amerikan.

Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ): Tinkludi l-banek ċentrali tal-UE u l-BĊE.

Sistema Monetarja Ewropea (SME): Sistema għallimmaniġġar taċ-ċaqliq fil-valur tal-muniti, imwaqqfa mill-Komunita Ewropea fl-1979 biex tieħu post is-“serp fil-mina”.

Sistema tal-ewro: Parti mis-SEBĊ li tikkonsisti fil-banek ċentrali taż-żona tal-ewro u l-BĊE.

Suq uniku: Unjoni doganali fejn hemm policies komuni dwar il-liberta tal-moviment tal-kapital, il-prodotti, ilħaddiema u s-servizzi. Suq uniku huwa simili għal suq komuni iżda fih enfasi akbar fuq it-tneħħija tal-barrieri kummerċjali bħal standards tekniċi u taxxi – għalhekk huwa aktar “armonizzat”. Fil-bidu, l-UE kienet suq komuni, u bit-Trattat ta’ Maastricht fl-1992 saret suq uniku.

Trattat KE: Ara t-Trattat ta’ Ruma.

Trattat ta’ Maastricht (Trattat dwar l-Unjoni Ewropea): Iffirmat fl-1992, fil-belt Olandiża ta’ Maastricht bejn l-Istati Membri tal-Komunita Ewropea. It-Trattat ta’ Maastricht wessa’ l-qafas ta’ kompetenza tal-Komunita Ewropea, biddilha fl-Unjoni Ewropea, u wassal għall-ħolqien tal-UEM u tal-ewro.

Trattat ta’ Ruma (Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea): kien iffirmat fl-1957 f’Ruma u waqqaf il-Komunita Ekonomika Ewropea, li ppreċediet il-Komunita Ewropea. L-isem inbidel għal “Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea” (Trattat KE) permezz tat-Trattat ta’ Maastricht.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test