Mogħdija tan-navigazzjoni

L-aħħar riżultati

L-aħħar riżultati

Rakkomandazzjonijiet ta' politika ekonomika

Biex tistimola l-ħolqien tax-xogħol u tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli, il-Kummissjoni Ewropea għandha tliet fergħat ta' rakkomandazzjonijiet għall-politika ekonomika u soċjali.

��Kif deskritti fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 dawn huma:

Spinta lill-investiment. Il-livelli ta' investiment fl-UE tbaxxew ħafna mill-kriżi u għadhom baxxi wisq. Għandna bżonn l-investiment biex nimmodernizzaw is-sistema ta' protezzjoni soċjali tagħna, niffinanzjaw ir-riċerka fl-edukazzjoni u l-innovazzjoni; biex l-enerġija tkun aktar ekoloġika u aktar effiċjenti; biex nimmodernizzaw l-infrastruttura tat-trasport tagħna, u biex nimplimentaw broadband li jwassal sal-bogħod u li jkun iktar veloċi.

Pjan ta' Investiment għall-Ewropa

Sabiex tilħaq dan l-għan, il-Kummissjoni Ewropea nediet Pjan ta' Investiment ambizzjuż biex timmobilizza tal-inqas EUR 315-il biljun ta' investiment pubbliku u privat addizzjonali fl-2015, l-2016 u l-2017 (ara IP/14/2128).

Il-pjan ta' investiment hu bbażat fuq tliet fergħat li jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku:

  • il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament tal-investiment mingħajr ma jinħoloq aktar dejn;

  • l-appoġġ għal proġetti u investimenti f'oqsma prinċipali bħall-infrastruttura, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni; u

  • it-tneħħija ta' ostakli settorjali u oħrajn finanzjarji u mhux finanzjarji għall-investiment.

Impenn imġedded għal riformi strutturali. Jekk nidħlu aktar fil-fond fis-Suq Uniku nkunu nistgħu ngħinu lill-ekonomiji kollha tal-UE biex jimmodernizzaw u biex isiru aktar kompetittivi u attraenti għall-investituri. Il-prijoritajiet jinkludu t-tneħħija ta' ostakli regolatorji u mhux regolatorji fis-setturi tal-enerġija, tat-telekomunikazzjonijiet u tat-trasport kif ukoll għall-merkanzija u s-servizzi. Jeħtieġ li l-Istati Membri jiffukaw fuq ir-riforma tas-sistemi tagħhom tas-swieq tax-xogħol, tal-pensjoni u tal-protezzjoni soċjali, is-swieq tal-prodotti u s-servizzi, il-kundizzjonijiet ta' investiment, is-sistemi ta' appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni u fuq it-titjib tal-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom.

Ħidma lejn ir-responsabilità fiskali. Il-kontroll fit-tul fuq id-defiċit pubbliku u t-tnaqqis tal-livelli għoljin tad-dejn pubbliku huma fundamentali għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli. Jeħtieġ li kull Stat Membru jaħdem biex ikollu politiki fiskali adegwati u responsabbli u li huma kompatibbli mat-tkabbir ekonomiku, skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

��Fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2015 il-Kummissjoni ddeskriviet ukoll il-pjan tagħha biex tissimplifika l-proċess tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fl-UE u żżid l-effiċjenza tagħha.

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi

Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir: Rapport ta’ progress

L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2015 juri li l-Istati Membri għamlu progress konsiderevoli fil-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi tagħhom: fi tliet snin biss id-defiċit fiskali medju fl-UE tnaqqas minn 4.5% tal-PDG fl-2011 għal madwar 3.0% tal-PDG fl-2014. L-għadd ta' pajjiżi suġġetti għall-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv tnaqqas b'iktar min-nofs minn 24 pajjiż fl-2011 għal 11-il pajjiż fl-2014.

Ir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, li jakkumpanja l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir janalizza s-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-Ewropa u l-politiki tal-Istati Membri. Ir-rapport juri li riformi strutturali sostanzjali jħallu r-riżultati.

L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir hu akkumpanjat ukoll mir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR), mekkaniżmu bikri li għandu l-għan li jidentifika u jindirizza l-iżbilanċi ekonomiċi li jistgħu jfixklu l-ekonomiji nazzjonali, iż-żona tal-euro jew lill-UE fit-totalità tagħha.

Dan il-Mekkaniżmu juri li għalkemm l-Istati Membri għamlu progress sabiex jikkoreġu xi wħud mill-iżbilanċi tagħhom kif ukoll li l-kompetittività tjiebet f'diversi ekonomiji, l-iżbilanċi makroekonomiċi u l-akbar konsegwenzi soċjali tagħhom għadhom il-kawża ta' tħassib serju. L-irkupru bil-mod u l-livell baxx ħafna tal-inflazzjoni huma ta' ostaklu għal tnaqqis aktar qawwi tal-iżbilanċi u tar-riskji makroekonomiċi relatati.

L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test