Mogħdija tan-navigazzjoni

Kif nimmonitorjaw

Kif nimmonitorjaw

 L-Unjoni Ewropea timmonitorja żviluppi u politiki ekonomiċi fl-Istati Membri tagħha b’mod sistematiku u koordinat ibbażat fuq analiżi indipendenti mill-Kummissjoni Ewropea u reviżjonijiet bejn il-pari mill-gvernijiet nazzjonali.

Governanza ekonomika tal-UE

Ċiklu annwali

L-immonitorjar tal-iżviluppi u l-politiki ekonomiċi hu organizzat f'ċiklu annwali li hu diviż f'żewġ partijiet magħrufin bħala Semestru Ewropew u Semestru Nazzjonali. Matul is-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha u tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar politiki ekonomiċi u fiskali għad-diskussjonijiet bejn il-gvernijiet. Matul is-Semestru Nazzjonali, il-gvernijiet jimplimentaw il-politiki li jkunu qablu dwarhom.  

Bħala parti minn dan il-proċess, l-Istati Membri tal-UE spjegaw lill-Kummissjoni u lil xulxin kif biħsiebhom jilħqu l-impenji tagħhom lejn finanzi pubbliċi sodi u r-riformi ekonomiċi kollha li qed jippjanaw li jintroduċu biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi. Il-Kummissjoni tanalizza l-pjanijiet ta’ kull pajjiż u tagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jgħinu lil kull wieħed minnhom. Il-gvernijiet jiddiskutu dawn ir-rakkomandazzjonijiet mal-Kummissjoni u ma’ xulxin u mbagħad jiġu integrati fil-politiki nazzjonali tagħhom mal-Parlamenti tagħhom.

Il-pajjiżi li jużaw il-munita euro jaqsmu wkoll l-abbozzi tal-baġits tagħhom mal-Kummissjoni u gvernijiet oħra għal reviżjoni.

Problemi ta’ monitoraġġ

Il-Kummissjoni tipproduċi żewġ rapporti qabel il-bidu ta' kull Semestru Ewropew li jgħinu biex jinkixfu u jiġi indirizzati problemi ekonomiċi: l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u r-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija.

L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir janalizza l-progress li l-UE għamlet lejn il-prijoritajiet fit-tul tagħha u jipprovdi valutazzjoni approfondita tat-tendenzi makroekonomiċi u fl-impjiegi. L-istħarriġ jistabbilixxi approċċ integrat għat-tkabbir ekonomiku u jfassal prijoritajiet wiesgħa ta’ politika, billi jistabbilixxi x-xena għar-rakkomandazzjonijiet għall-pajjiżi aktar tard fis-sena.

Ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija hu sistema ta' twissija bikrija għal problemi u żbilanċi potenzjali ekonomiċi. Hu jsegwi tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi ekonomiċi inklużi l-prezzijiet tad-djar, il-livelli ta’ dejn tas-settur privat, u l-kompetittività, biex jiġu individwati żbilanċi ekonomiċi, bħat-tfaqqigħ ta' bżieżaq immobiljari, u dawn jistgħu jħallu l-pajjiżi aktar vulnerabbli għax-xokkijiet ekonomiċi. Tendenzi inkwetanti jiġu investigati aktar u jiġu ttrattati permezz tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku.

Nimxu skont ir-regoli

Politiki ekonomiċi sodi huma tajbin biss daqs l-implimentazzjoni tagħhom. L-UE timmonitorja r-rabta tal-gvernijiet mar-regoli li qablu dwarhom u li, jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jimponu sanzjonijiet biex jiġi żgurat li r-regoli jiġu segwiti.

Il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni indipendenti tal-konformità mar-regoli tal-pajjiżi u l-gvernijiet jiddeċiedu jekk għandhomx jiġu imposti sanzjonijiet.

Skopri aktar

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test