Mogħdija tan-navigazzjoni

Prospett ekonomiku Ewropew

Prospett ekonomiku Ewropew

It-Tbassir Ekonomiku Ewropew jiġi ppubblikat tliet darbiet fis-sena flimkien maċ-ċiklu annwali tal-UE dwar il-proċeduri ta' sorveljanza ekonomika, magħruf bħala s-Semestru Ewropew.

L-ekonomiji tal-Ewropa qed igawdu minn ħafna fatturi ta' sostenn f'salt. Il-prezzijiet taż-żejt għadhom relattivament baxxi, it-tkabbir globali huwa sod, l-euro kompla bid-deprezzament u l-politiki ekonomiċi fl-UEhuma ta' sostenn.

Min-naħa monetarja, it-tnaqqis kwantitattiv mill-Bank Ċentrali Ewropew qed iħalli impatt pożittiv fuq is-swieq finanzjarji u b'hekk qed jikkontribwixxi għal rati tal-imgħax aktar baxxi u aspettattivi ta' titjib fil-kundizzjonijiet tal-kreditu. Minħabba li l-pożizzjoni fiskali kumplessiva fl-UE hija ġeneralment newtrali - la tiżdied u lanqas tonqos - il-politika fiskali qed tgħin it-tkabbir. Matul iż-żmien it-twettiq tar-riformi strutturali u l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa għandhom jibdew iħallu l-frott ukoll.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test