Mogħdija tan-navigazzjoni

Għalfejn l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM)?

Why the Economic and Monetary Union?

L-objettiv tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u tal-ewro huwa li jiżdiedu l-benesseri ekonomiċi taċ-ċittadini u n-negozji fl-UE billi jkun xprunat ittkabbir u jinħolqu iktar opportunitajiet ta’ impjieg.

X’inhi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja?

Ġeneralment, unjoni ekonomika u monetarja (UEM) hija parti mill-proċess ta’ integrazzjoni ekonomika. Stati indipendenti jistgħu jintegraw l-ekonomiji tagħhom f’livelli varji biex jiksbu l-benefiċċji marbuta mal-kobor, bħal effiċjenza interna akbar u aktar saħħa fil-konfront ta’ avvenimenti esterni.

Il-pajjiżi tal-UE għalfejn iddeċidew li joħolqu unjoni ekonomika u monetarja?

Il-konsumaturi jibbenefikaw minħabba…

Li hemm iżjed kompetizzjoni: Minħabba li l-konsumaturi jistgħu jixtru aktar faċilment minn barra pajjiżhom u jqabblu l-prezzijiet, hemm iżjed kompetizzjoni bejn il-ħwienet u l-fornituri. Il-konsumaturi għandhom għażla ikbar, uħud millprezzijiet huma iktar baxxi, u ż-żieda fil-prezzijiet tibqa’ kkontrollata.

Il-prezzijiet huma stabbli: L-euro naqqas l-inflazzjoni għal livell baxx u stabbli. Fis-snin Sebgħin u Tmenin, ħafna Stati Membri kellhom rati ta’ inflazzjoni għoljin ħafna, uħud kellhom rati ta’20% jew aktar. L-inflazzjoni niżlet waqt li bdew iħejju ruħhom għall-euro u, mill-introduzzjoni tiegħu, din baqgħet ġeneralment 2% fiż-żona euro. Inflazzjoni baxxa u stabbli hija ta’ benefiċċju għal kulħadd.

Self iktar faċli u irħas: Minħabba li l-Bank Ċentrali Ewropew jaħdem sabiex iżomm l-inflazzjoni baxxa, ir-rati tal-imgħax huma aktar baxxi. Dan ifisser li n-nies tista’ tissellef aktar faċilment u orħos, ngħidu aħna biex tixtri dar jew biex tħallas btala.

L-ivvjaġġar sar irħas u eħfef: Fis-snin Disgħin, meta wieħed kien iżur il-pajjiżi kollha tal-UE, dan kien ikollu jibdel il-munita ma’ kull fruntiera u b’hekk kien jitlef nofs flusu fi spejjeż ta’ kambju, mingħajr ma jkun xtara xejn! Dawn l-ispejjeż – biex wieħed ma jsemmix l-isforzi żejda – ġew eliminati għal kollox, biex b’hekk il-ħajja għat-turisti, għal dawk li jkunu fuq btala, għall-istudenti u għallħaddiema li jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom saret iktar faċli u orħos. Barra minn hekk, l-euro jinbidel mingħajr diffikultajiet f’ħafna mill-pajjiżi barra ż-żona euro wkoll – fil-fatt, huwa stmat li sa 20% tal-karti tal-flus tal-euro qegħdin jiċċirkolaw barra ż-żona euro.

In-negozji jibbenefikaw minħabba…

Rati ta imgħax aktar baxxi jfissru aktar investiment: Inflazzjoni baxxa żżomm ir-rati tal-imgħax baxxi. Dan ifisser li n-negozji jistgħu jissellfu b’rata irħas biex jinvestu – per eżempju, f’makkinarju ġdid u f’aktar riċerka. Dan iwassal għal aktar prodotti u servizzi ġodda u għal produttivita akbar, li jirriżultaw fi tkabbir u xogħol aktar u aħjar.

It-tnaqqis fir-riskji jkattar il-kummerċ bejn pajjiż u ieħor: Fil-passat, il-kummerċ bejn pajjiż u ieħor tal-UE kien jinvolvi ħafna muniti b’rati ta’ imgħax varjabbli. Biex jagħmlu tajjeb għar-riskju involut huma u jagħmlu l-kummerċ tagħhom f’dawn il-kundizzjonijiet, il-kumpanniji kien ikollhom ibigħu barra minn pajjiżhom bi prezz ogħla, b’hekk kien ibati n-negozju. Illum, dan ir-riskju m‘għadux jeżisti. 

It-tneħħija tal-ispejjeż relatati mal-kambju jistimula l-kummerċ u l-investiment: Qabel l-euro, l-ispiża fuq il-kambju kienet waħda għolja, stmata għal madwar €20-25 biljun fis-sena fl-UE. Dawn l-ispejjeż sparixxew fi ħdan iż-żona euro, fejn il-pagamenti u l-fatturi kollha issa huma f’euro. Ta’ benefiċċju addizzjonali huwa l-fatt li l-euro huwa aċċettat bla problemi ta’ xejn barra miż-żona euro.

L-integrazzjoni ekonomika u l-UEM fl-Ewropa

Il-pajjiżi kollha tal-UE huma parti mill-EMU u jifformaw suq komuni, magħruf bħala is-suq uniku. Kollha jikkoordinaw it-tfassil tal-politika ekonomika tagħhom biex jappoġġaw l-għanijiet tal-EMU.

Bosta pajjiżi tal-UE diġà huma integrati aktar u għalhekk adottaw l-euro. Dawn il-pajjiżi jiffurmaw iż-żona tal-euro u, flimkien mal-munita unika, għandhom politika monetarja unika mmexxija mill-Bank Ċentrali Ewropew. Dawk il-pajjiżi tal-UE li mhumiex parti miżżona tal-euro żammew il-muniti tagħhom u jmexxu politiki monetarji tagħhom stess.

Hemm bażikament żewġ raġunijiet għala wħud mill‑pajjiżi ma jużawx l‑ewro. Jew iddeċidew, billi għażlu n-“nonparteċipazzjoni” fit‑Trattat ta’ Maastricht, li ma jiħdux parti fit‑tielet fażi tal‑UEM li jadottaw l‑ewro (id‑Danimarka, ir‑Renju Unit), jew li għad l‑ewwel jeħtiġilhom jissodisfaw uħud mill‑kriterji ta’ konverġenza qabel ma jkunu jistgħu jadottaw l‑ewro.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test