Mogħdija tan-navigazzjoni

It-triq lejn l-UEM

The road to EMU

1957: It-tħejjija tal-futur tagħna fis-suq komuni

It-twaqqif tal-Komunità Ekonomika Ewropea lura fl-1957 ra t-twelid tas-suq komuni u l-bidu tal-integrazzjoni Ewropea. Dan ippermetta li l-merkanzija, in-nies, is-servizzi u l-kapital ikunu jistgħu jiċċaqalqu dejjem iktar liberament bejn l-Istati Membri, mingħajr fruntieri.

1979: It-tnedija tas-Sistema Monetarja Ewropea

Il-mexxejja Ewropej, f’samit Ewropew fl-Aja fl-1969, iddeċidew li joħolqu Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). Fl-1979, tnieda mekkaniżmu ta’ suċċess għall-ġestjoni taċ-ċaqliq tal-muniti tal-UE: is-Sistema Monetarja Ewropea (SME). Is-sistema, li nbniet fuq il-kunċett ta' rati tal-kambju stabbli iżda aġġustabbli definiti fir-rigward tal-Unità Monetarja Ewropea li nħolqot ġdida (ECU) – munita komposta bbażata fuq medja ponderata tal-muniti tal-SME.

1992: Is-suq komuni jsir realtà

Hekk kif l-iskambju u l-moviment madwar l-Ewropa jsiru iktar komuni, deher ċar li s-suq uniku ġie ristrett mill-ħafna valuti fiċ-ċirkolazzjoni. Xi stajna nagħmlu biex inkissru dan l-ostaklu addizzjonali għall-integrazzjoni? Fl-1992, it-Trattat ta’ Maastricht iddeċieda li l-Ewropa jkollha munita unika stabbli u b’saħħitha għas-seklu 21.

2002: L-euro jieħu l-ħajja

Fl-1 ta’ Jannar 2002, il-karti u l-muniti tal-euro daħlu għand il-kaxxiera tal-banek, fil-cash registers, fil-kartieri u fil-bwiet tagħna. Minn dakinhar, iż-żona tal-euro kibret u ġabet magħha benefiċċji tanġibbli għal għadd dejjem jikber ta’ ċittadini u negozji. It-tkabbir taż-żona tal-euro huwa proċess dinamiku u li għadu għaddej.

Eventwalment, il-pajjiżi kollha tal-UE, minbarra r-Renju Unit u d-Danimarka, se jadottaw l-euro.

2009: Inżommu l-euro fit-triq it-tajba

It-Trattat ta’ Lisbona, imsejjaħ ukoll it-“Trattat ta’ Riforma”, daħal fis-seħħ fl-2009. It-Trattat huwa maħsub biex jagħmel lill-UE "aktar demokratika, aktar trasparenti u aktar effiċjenti". Dan jarmonizza l-votazzjoni fl-UE u jagħti lill-Kummissjoni l-awtorità li toħroġ twissijiet diretti lill-Istati Membri li l-politiki ekonomiċi tagħhom jew ikunu inkonsistenti b’linji gwida politiċi ekonomiċi wesgħin jew jirriskjaw li jkunu ta' ħsara għall-funzjonament xieraq tal-UEM. Jirrikonoxxi wkoll uffiċjalment, għall-ewwel darba, il-Grupp tal-euro, il-grupp tal-Ministri tal-Finanzi fiż-żona tal-euro, u jifformalizza l-ħatra tal-President tiegħu. Bir-ratifika tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) sar wieħed mis-seba’ istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Permezz tat-Trattat, il-Kummissjoni ngħatat setgħat biex tipproponi regoli aktar dettaljati u tipproponi leġiżlazzjoni biex tindirizza d-dgħufijiet fl-Istati Membri.

Ikseb aktar tagħrif

It-triq għall-europdf(3 MB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel 

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test