Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjan ta' azzjoni għall-futur tal-UEM

The future of EMU

Pjan dettaljat għall-futur

Ir-riformi meħuda matul l-aħħar tliet snin huma mingħajr preċedent, iżda l-kriżi wriet kemm l-interdipendenza tal-ekonomiji tagħna żdiedet minn wara l-ħolqien tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Hemm ħtieġa partikolari li l-pajjiżi taż-żona tal-ewro jaħdmu aktar mill-qrib fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta’ politika li jqisu l-interessi aktar wesgħin ta’ sħabhom membri taż-żona tal-ewro.

Il-Kummissjoni Ewropea ħejjiet Pjan ta’ Azzjoni għal Unjoni Ekonomika u Monetarja profonda u ġenwina li jipprovdi viżjoni għal arkitettura finanzjarja, fiskali, ekonomika u politika b'saħħitha u stabbli.

Permezz ta’ UEM profonda u ġenwina, l-għażliet kollha maġġuri ta’ politika fil-qasam ekonomiku u fiskali tal-Istati Membri jkunu soġġetti għal koordinazzjoni, approvazzjoni u sorveljanza aktar profond fil-livell Ewropew. Il-Pjan ta’ Azzjoni jifrex il-mogħdija lejn UEM profonda u ġenwina, li tinvolvi miżuri inkrementali li jittieħdu fuq termini ta’ żmien qasir, medju u twil. Parti mill-aġenda tista’ titwettaq abbażi tat-Trattati preżenti, għalkemm parti minnha tinħtieġ tibdil fit-Tratta.

L-ewwel fażi tal-Pjan ta’ Azzjoni, il-ħolqien ta’ Unjoni Bankarja, issa kważi tlestiet. Il-Bank Ċentrali Ewropew huma maħsub biex isir is-superviżur aħħari tal-banek fiż-żona tal-euro u f’xi pajjiżi oħrajn li beħsiebhom jadottaw l-euro bħala l-munita tagħhom. Il-leġiżlaturi fl-UE qablu wkoll fuq metodu komuni biex jindirizza l-fallimenti tal-banek, li se jkun appoġġat minn Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni.

It-tieni fażi se tkun tinvolvi aktar tisħiħ tal-imġiba kollettiva tal-politika baġitarja u ekonomika, inkluża l-politika fiskali u tal-impjieg, u se timxi id f'id ma’ kapaċità fiskali msaħħa.

Kapaċità fiskali ddedikata ghaż-Żona Euro tkun tistrieħ fuq ir-riżorsi proprja u tipprovdi sostenn suffiċjenti ghal riformi strutturali importanti f’ekonomiji kbar li jkunu qegħdin taħt pressjoni. Dan jista' jigi żviluppat abbażi tal-istrument ta' konverġenza u kompetittività, iżda jibbenefika minn bażijiet legali ġodda u speċifiċi fit-Trattat. Jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati fondi ta’ ammortament soġġetti għal kundizzjonalità stretta u eurobills biex ikunu ta’ għajnuna fit-tnaqqis tad-dejn u fl-istabilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji. Il-funzjoni ta’ monitoraġġ u ġestjoni għall-kapaċità fiskali u strumenti oħra għandha tiġi pprovduta minn Teżorerija tal-UEM fi ħdan il-Kummissjoni.

Fuq perjodu ta’ zmien twil (aktar minn 5 snin), abbażi tal-fatt li s-sovranità, ir-responsabbiltà u s-solidarjetà jkunu qed jinġabru flimkien b’mod adegwat, ghandu jkun posibbli li jigi stabbilit baġit awtonomu taż-Żona Euro biex ikun hemm kapacità fiskali għall-UEM biex l-Istati Membri affettwati minn skossi ekonomiċi jkunu jistgħu jingħataw l-għajnuna. Qafas ta’ governanza fiskali u ekonomika li jkun profondement integrati jippermetti l-ħruġ in komuni ta’ dejn pubbliku li jtejjeb il-funzjonament tas-swieq u t-tmexxija tal-politika monetarja. Dan ikun l-aħħar stadju tal-UEM.

Ikseb aktar tagħrif

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test