Mogħdija tan-navigazzjoni

L-euro

The road to EMU

Il-muniti tal-ewro għandhom disinji differenti

Il-muniti tal-ewro għandhom disinn komuni fuq naħa u disinn speċifiku għall-pajjiż fuq l-oħra. Kull membru taż-żona tal-ewro jagħżel is-serje tiegħu ta’ disinji, b’riflessjoni tal-istorja jew il-kultura speċifika tiegħu – ġeneralment magħżula b’kompetizzjoni. Apparti l-pajjiżi taż-żona euro, Monaco, San Marino, il-Belt tal-Vatikan u Andorra għandhom permess jipproduċu muniti tal-euro. Id-disinji komuni juru mappa tal-Ewropa li, fil-każ taddenominazzjonijiet il-kbar, hija differenti skont meta nħarġu l-muniti (il-muniti l-qodma juru l-UE qabel l-2004, filwaqt li dawk il-ġodda, mdaħħla mill-2007 ’l hawn, juru l-Ewropa kollha biex jirriflettu t-tkabbir tal-Unjoni).

Il-karti tal-flus tal-ewro kollha għandhom l-istess disinn

Dawn intgħażlu permezz ta’ kompetizzjoni organizzata madwar l-UE. Id-disinji rebbieħa ġew ispirati mit-tema “iż-żminijiet u l-istili tal-Ewropa” u juru stili arkitettoniċi minn seba’ perjodi tal-istorja kulturali tal-Ewropa: il-Klassiku, ir-Romanesk, il-Gotiku, ir-Rinaxximent, il-Barokk u r-Rokokò, żmien il-ħadid u l-ħġieġ u l-arkitettura moderna. Kollha juru elementi bħal twieqi, bibien u pontijiet. Ilkarti tal-flus għandhom qisien differenti, kuluri li jolqtu l-għajn u fuq il-wiċċ għandhom partijiet ibbuzzati biex iddenominazzjonijiet differenti jkunu jistgħu jintgħarfu minn dawk b’diffikultajiet fil-vista.

L-euro fl-Ewropa

L-euro madwar id-dinja

Tistagħġeb meta tinduna kemm ivvjaġġa l-euro! Huwa jintuża fil-Karibew (il-Gwadelup, Martinique u Saint-Barthelemy), fl-Oċean Indjan (il-Majott u Reunion) u fl-Oċean Atlantiku (Azores, Il-Gżej jer Kanarji, Madeira u Saint Pierre u Miquelon) kif ukoll f’Ceura u Melilla fil-kosta ta’ fuq tal-Afrika u fil-Gujana Franċiża fl-Amerika ta’ Isfel. Huwa jintuża wkoll f’Monako, f’San Marino, fil-Belt tal-Vatikan u f’Andorra bħala l-munita nazzjonali, u fil-Kosovo u fil-Montenegro bħala l-munita de facto.

Ikseb aktar tagħrif

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test