Mogħdija tan-navigazzjoni

Kont taf li ...

Did you know?

Il-benefiċċji tal-euro

L-inflazzjoni laħqet medja ta’ ftit biss ’il fuq minn 2 % fl-ewwel għaxar snin ta’ l-UEM, filwaqt li niżlet minn 3 % fid-disgħinijiet u minn medda ta' 8 % sa 10 % fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet.

It-titoli ta’ dejn internazzjonali iddenominati f’ewro għaddew lil dawk tad-dollaru Amerikan fl-2004

Fil-passat, persuna b’1,000 Deutschmark fil-but, li kienet tivvjaġġa fi 15-il pajjiż tal-UE, minħabba li kien ikollha tbiddel il-flus f’kull pajjiż, kienet tispiċċa b’inqas minn 500 Deutschmark meta tasal lura f’pajjiżha – mingħajr ma tkun xtrat xejn.

L-ispejjeż marbuta ma’ transazzjonijiet jistgħu jkunu kbar ħafna – qabel l-adozzjoni tal-ewro dawn kienu stmati bħala bejn 0.3 % sa 0.4 % tal-PGD tal-UE, jiġifieri 20 -25 biljun EUR.

L-ispiża medja biex tittrasferixxi €100 tnaqqset minn €24 għal €2.40 minn meta ġew introdotti r-regoli dwar il-ħlasijiet transfruntieri f’euro fl-2001.

Minn Diċembru 2006, il-valur tal-karti u l-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni ġeneralment kien ogħla mill-valur tal-dollari Amerikani likwidi fiċ-ċirkolazzjoni.

L-ewro hija t-tieni l-akbar munita ta’ riżerva fid-dinja, wara d-dollaru Amerikan. Madwar 24% tar-riżervi madwar id-dinja bħalissa huma fl-ewro.

L-ewro hija t-tieni l-aktar munita nnegozjata attivament fid-dinja, użata f’madwar 20% tat-transazzjonijiet ta’ kuljum fis-swieq tal-kambju barrani.

Il-karti tal-flus u l-muniti ta’ l-ewro

Il-muniti l-qodma juru l-UE qabel l-2004, filwaqt li dawk il-ġodda, mdaħħla mill-2007 ’l hawn, juru l-Ewropa kollha biex jirriflettu t-tkabbir tal-Unjoni.

Kull Stat Membru taż-żona tal-ewro jista’ joħroġ munita taż-2 ewro kommemorattiva darbtejn fis-sena

Kienu stampati madwar 14-il biljun karta tal-flus tal-ewro, b’valur ta’ 633 biljun EUR u 52 biljun munita tal-ewro – bl-użu ta’ 250,000 tunnellata ta’ metall – bi tħejjija għall-introduzzjoni tal-ewro.

Madwar 7.8 biljun karta tal-flus tal-ewro b’valur ta’ 140 biljun EUR kienu disponibbli fiż-żona tal-ewro fl-għodwa tal-1 ta’ Jannar 2002, meta l-flus kontanti tal-ewro ġew imnedija.

Sa Frar 2014, kien hemm aktar minn 15.8 biljun karta tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni b’valur ta’ aktar minn €934 biljun u aktar minn 106.2 biljun munita tal-euro b’valur ta’ aktar minn €24 biljun.

Sa tmiem Frar 2002, aktar minn 6 biljun karta tal-flus u kważi 30 biljun munita nazzjonali kienu tneħħew, u fl-aħħar, l-ewro waslet f’idejn aktar minn 300 miljun ċittadin fi 12-il pajjiż.

Karti tal-flus

L-ewwel ittra tan-numru tas-serje tidentifika b'mod uniku l-pajjiż li joħroġ il-karta. Pereżempju 'Z' tirrappreżenta l-Belġju u 'Y' il-Greċja.

Il-karti ta' l-ewro juru seba' perjodi arkitettoniċi differenti: il-klassiku, ir-romanesk, il-gotiku, ir-rinaxximent, il-barokk/rococo; il-ħadid u l-ħġieġ u l-modern tas-Seklu 20.

Munita ta' l-ewro tiżen 7.5 grammi, għalhekk miljun munita ta' l-ewro jiżnu 7.5 tunellata - il-piż ta' iljunfant Afrikan adult!

Il‑Bank Ċentrali Ewropew għandu d‑dritt esklużiv biex jawtorizza l‑ħruġ tal‑karti tal‑ewro. Il‑produzzjoni tagħhom issir bejn il‑banek ċentrali nazzjonali. Il‑muniti tal‑ewro jinħarġu mill‑pajjiżi tal‑UE taż‑żona tal‑ewro f’volumi approvati mill‑BĊE.

F'liema direzzjoni ġeneralment 'jemigraw' il-karti tal-flus ta' l-ewro fiż-żona ewro? Mit-Tramuntana lejn in-Nofsinhar. Dan jiġri minħabba l-fatt li hemm aktar Ewropej tat-Tramuntana jżuru l-pajjiżi tan-Nofsinhar, l-aktar għall- vaganzi.

Jistgħu jkunu membri taż-żona tal-ewro l-membri tal-UE biss.

Madankollu, filwaqt li mhumiex formalment parti miż-żona tal-ewro jew tal-UE, Andorra, Monako, San Marino u l-Belt tal-Vatikan kollha jużaw l-ewro bħala l-munita tagħhom u huma intitolati joħorġu kwantitajiet limitati talmuniti tal-ewro tagħhom permezz ta’ ftehimiet monetarji mal-UE.

Il-governanza ekonomika tal-UE

Fl-2011 il‑pajjiżi tal‑UE fiż‑żona tal‑ewro kellhom defiċit aktar baxx fil‑baġits nazzjonali (4.1% tal‑PGD) mill‑Istati Uniti (9.6% tal‑PGD) u l‑Ġappun (8.2% tal‑PGD).

Fl-2011 il‑pajjiżi tal‑UE fiż‑żona tal‑ewro kellhom dejn pubbliku aktar baxx (87 % tal‑PGD) mill‑Istati Uniti (102.9 % tal‑PGD) u l‑Ġappun (229.8 % tal‑PGD).

Bejn l-2008 u l-2012, il‑gvernijiet Ewropej ipprovdew lill-banek b’appoġġ finanzjarju, prinċipalment f’għamla ta’ garanziji u ta’ injezzjonijiet ta’ kapital, biex jevitaw li jkun hemm kollass fis‑sistema bankarja. Dan l‑appoġġ laħaq il‑quċċata ta’ €1,540 biljun u niżel għal €1,050 biljun f’Ġunju 2012.

L-Irlanda saret l-ewwel pajjiż li ħareġ b’suċċess mill-programm ta’ aġġustament ekonomiku tagħha f’Diċembru 2013. Il-programm kien intlaħaq ftehim formali dwaru f’Diċembru 2010. Dan kien jinkludi pakkett ta’ finanzjament konġunt ta’ EuR 85 biljun u kien ikopri l-perjodu 2010–13.

Kejl tal-ekonomija tal-UE

Vad gäller invånarantal är euroområdet en av de största industrialiserade ekonomierna i världen med 333 miljoner invånare 2012. Som jämförelse kan nämnas att USA:s befolkning uppgår till 314 miljoner och Japans till 128 miljoner.

Mätt som andel av världens bruttonationalprodukt (BNP) var euroområdet den näst största ekonomin med gemensam valuta 2012 med 13,7procent, efter USA med 18,9 procent. Japans andel var 5,6 procent.

Euroområdets export av varor och tjänster i procent av BNP var 2012 med 26,8 procent, betydligt större än motsvarande siffror för USA (14,1 procent) och Japan (15,4 procent).

ES ekonomika saražoto preču un pakalpojumu vērtības ziņā (IKP) tagad pārspēj ASV: ES IKP 2012. gadā: 12 945 402 milj. eiro.

Lai arī ES dzīvo tikai 7 % no pasaules iedzīvotājiem, tās tirdzniecība ar pārējām pasaules valstīm ir apmēram 20 % no kopējā pasaules eksporta un importa apjoma.

Apmēram divas trešdaļas ES valstu kopējās tirdzniecības tiek īstenotas ar citām ES valstīm.

Mixxellanji

Meta nħolqot iż-żona euro, ilpajjiżi fundaturi tal-UE kellhom perjodu tranżizzjonali ta’ tliet snin minn meta adottaw l-euro bħala “flus skritturali” għal tranżazzjonijiet mhux fi flus fl-1999 sal-introduzzjoni tal-flus tal-euro fl-2002.

Iż‑żona tal‑ewro

Minn mindu tnieda l‑ewro, il‑membri taż‑żona tal‑ewro żdiedu minn 12 għal 18-il pajjiż. Madankollu, il‑pajjiżi kollha tal‑UE jagħmlu parti mill‑unjoni ekonomika u monetarja.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat il-validità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà (MES).

Is-simbolu ta' l-ewro jgħaqqad flimkien l-ittra Griega epsilon [ε] u l-'E' għall-Ewro. Iż-żewġ linji orizzontali jirrappreżentaw l-istabbilità

Eiropas Savienības platība ir vairāk nekā 4 miljoni km², un tajā ir 503 miljoni iedzīvotāju — trešais lielākais iedzīvotāju skaits pasaulē pēc Ķīnas un Indijas.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test