Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-finanzi pubbliċi u l-iżvilupp makroekonomiku

L-impatt tal-finanzi pubbliċi fuq l-ekonomija reali huwa multiplu u kumpless. Madankollu, hemm ftehim mifrux dwar it-tliet mezzi ewlenin li permezz tagħhom il-finanzi pubbliċi jistgħu jtejbu t-tkabbir u l-impjiegi potenzjali.

L-akkumulazzjoni tal-fatturi produttivi


Il-gvernijiet jikkontribwixxu direttament għat-tkabbir u għall-impjiegi billi jtejbu l-akkumulazzjoni tal-fatturi permezz ta’ l-investiment : · fil-fiżiku (l-infrastrutturi), · fil-bniedem (l-edukazzjoni u t-taħriġ) u,· fl-għarfien (ir-riċerka u l-iżvilupp, u l-innovazzjoni), fil-kapital u,· sa ċertu punt, fl-infiq soċjali.Dan ikollu effett tajjeb fuq il-potenzjal eventwali tal-produzzjoni u tat-tkabbir. Madankollu, jekk investiment pubbliku akbar jiġi finanzjat permezz ta’ żjieda fit-taxxi li jgħawġu jew jekk iżid id-defiċits u konsegwentement id-dejn pubbliku, dan jista’ jwarrab l-investiment privat.

Jiġu provduti l-inċentivi t-tajba permezz tas-sistemi tat-taxxi u tal-benefiċċji

 
Billi jiġu influwenzati d-deċiżjonjiet tal-persuni u tan-negozji dwar ix-xogħol, it-tifdil u l-investiment, is-sistemi tat-taxxi u tal-benefiċċji jaffetwaw ħidmet l-ekonomija reali. Is-sistemi ta’ benesseri soċjali għandhom rwol importanti fil-korrezzjoni tal-fallimenti tas-suq u biex jiżguraw koeżjoni soċjali u, permezz ta’ dawn il-mezzi jagħtu kontribut għat-tkabbir u għall-impjiegi. Il-ħarsien soċjali effiċjenti jista’ jitqies bħala fattur ‘produttiv’. Madankollu, jeħtieġ li jkun żgurat li s-sistemi tat-taxxi u tal-benefiċċji jwasslu għal rati ogħla ta’ parteċipazzjoni u ta’ impjiegi.

Jiġi provdut klima makro-ekonomiku stabbli

 
Finanzi pubbliċi fis-sod jikkontribwixxu għall-istabbiltà makro-ekonomika u jappoġġjaw il-politika monetarja biex iżommu l-prezzijiet stabbli f’rati baxxi ta’ imgħax. Iż-żewġ effetti iwasslu għal investiment privat u għal tifdil. Finanzi pubbliċi fis-sod, billi jnaqqsu d-dejn pubbliku u konsegwentement il-piż ta’ l-imgħaxijiet, joħolqu lok għat-tnaqqis tat-taxxi li jgħawġu u/jew għal żjieda fl-infiq pubbliku produttiv. Fl-aħħarnett, finanzi pubbliċi fis-sod se jtejbu wkoll it-tkabbir u l-impjiegi tul perjodu twil ta’ żmien billi jagħtu għajnuna lill-pajjiżi biex ilaħħqu mal-pressjoni sostanzjali ħalli jżidu l-infiq pubbliku, speċjalment fuq il-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa minħabba popolazzjonijiet li qed jixjieħu.

L-iżviluppi fil-finanzi pubbliċi fl-UE, inkluża l-evoluzzjoni tal-qafas ta’ sorveljanza fiskali ta’ l-UE, jiġu monitorjati u analizzati regolarment mid-DĠ għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Ir-riżultati ta’ l-analiżi jiġu pubblikati kull sena fir-rapport dwar il-“Finanzi Pubbliċi fl-EMU’.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test