Mogħdija tan-navigazzjoni

L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji ta’ l-UE

Swieq finanzjarji integrati b’mod xieraq fl-UE huma importanti għaliex huma vitali għall-użu u għaċ-ċirkolazzjoni akar effiċjenti tal-kapital ta’ investiment, u b’hekk għall-kompetittività ta’ l-ekonomija ta’ l-UE.

L-analiżi ta’ l-iżviluppi fis-settur finanzjarju mwettqa mid-Direttorat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN) tiffoka prinċipalment fuq żewġ oqsma: il-kundizzjonijiet makro-finanzjarji u l-progress fl-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji.


Il-kundizzjonijiet makro-finanzjarji


L-analiżi tat-tendenzi tas-swieq finanzjarji u ta’ l-ambjent makro-finanzjarju talimenta l-previżjonijiet ekonomiċi tad-DĠ ECFIN u l-valutazzjoni tar-riskji għall-istabbilità finanzjarja fl-ekonomija Ewropea.


L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji


Il-ħidma fuq l-integrazzjoni finanzarja hija relatata mal-valutazzjoni tar-riformi strutturali, il-Linji ta’ Gwida Ġenerali dwar il-Politika Ekonomika marbuta ma’ l-Istrateġija ta’ Liżbona, u l-istat ta’ preparazzjoni biex tiġi adottata l-euro fir-rapporti ta’ konverġenza għall-Istati Membri li qed jippreparaw biex jissieħbu fiż-żona ta’ l-euro.

Barra minn hekk,id-DĠ ECFIN jikkoopera ma’ dipartimenti oħra tal-Kummissjoni, bħad-Direttorati-Ġenerali għas-Suq Intern (DĠ MARKT) u għall-Kompetizzjoni (DĠ COMP). Id-DĠ ECFIN jikkontribwixxi l-kompetenza li għandu fil-ħidma analitika relatata mal-proċess ta’ integrazzjoni, pereżempju fuq il-kwalifikazzjoni tal-benefiċċji ekonomiċi jew il-kejl ta’ l-integrazzjoni. Kontribuzzjonijiet oħra tad-DĠ ECFIN jinkludu dawn li ġejjin:

  • Id-Dntegrazzjoni tas-swieq finanzj Pjan ta’ Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji ta’ l-UE (FSAP), fl Integrazzjoni tas-Swieq Finanzjarji, fil-governanza tal-kumpaniji u fid-djalogu regolatorju bejn is-swieq finanzjarji ta’ l-UE u ta’ l-Istati Uniti;
  • Id-DĠ ECFIN huwa involut fis-Sotto-Kumitat ta’ l-EFC dwar is-Swieq tat-Titoli u tad-Dejn tal-Gvern ta’ l-UE li jlaqqa’ lir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri mill-Ministeri tal-Finanzi u mill-Aġenziji ta’ Ġestjoni tad-Djun. Mill-1999, id-DĠ ECFIN ipproduċa rapporti ta’ kull xahar u ta’ kull tliet xhur dwar żviluppi fis-suq tat-titoli denominat fl-euro. Dawn ir-rapporti jipprovdu lid-DĠ ECFIN, lil dipartimenti oħra tal-Kummissjoni u lil pubbliku aktar ġenerali b’tagħrif regolari rigward il-progress tas-suq integrat tat-titoli emerġenti fl-Ewropa;
  • Id-Dgrazzjoni tas-Swieq Finanzjarji Grupp Giovannini kumitat ta’ esperti tas-settur privat, ippresjedut minn Alberto Giovannini, li jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet ta’ swieq finanzjarji bħall-ikklerjar u l-ftehim.