Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-sitwazzjoni ekonomika tal-UE

Il-politika ekonomika hija mmirata lejn il-ħolqien ta' tkabbir ekonomiku stabbli u aktar impjiegi fl-UE. Tindirizza sfidi immedjati u fit-tul f’oqsma bħall-finanzi pubbliċi, l-iżbilanċi makroekonomiċi u l-kompetittività, kif ukoll l-impatti ta’ tendenzi ta' terminu twil bħall-popolazzjoni li qed tixjieħ u l-globalizzazzjoni.

Is-Semestru Ewropew tal-2016 beda f'Novembru li għadda bl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir. Il-Kummissjoni tqis li l-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2015 għadhom validi; il-prijoritajiet għall-2016 huma aġġornament ta' dawn il-prijoritajiet, hekk kif jitqiesu l-progress magħmul u sfidi ġodda emerġenti: it-tnedija mill-ġdid tal-investiment, it-twettiq ta' riformi strutturali, u politiki fiskali responsabbli.

Iż-żona tal-euro u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2016

Sabiex l-isfidi komuni taż-żona tal-euro jiġu integrati aħjar mad-dimensjonijiet nazzjonali individwali taċ-ċiklu ta' governanza ekonomika tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni flimkien mal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2016 ħarġet ukoll rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro fit-totalità tagħha. Din kienet bidla importanti miċ-ċikli tas-Semestru Ewropew ta' qabel, meta rakkomandazzjoni bħal din kienet toħroġ aktar tard. Ir-rakkomandazzjoni taż-żona tal-euro tiffoka fuq kwistjonijiet ewlenin għal żona tal-euro li taħdem sew u tagħti orjentazzjoni dwar azzjonijiet konkreti li jridu jiġu implimentati.

Fi 2016, il-Kummissjoni ppubblikat sensiela ta’ rapporti tal-pajjiżi li janalizzaw il-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri ,li huma miġburin fil-qosor f'Komunikazzjonipdf Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel . Ir-rapporti jinkludu analiżi fil-fond tal-iżbilanċi makroekonomiċi u jivvalutaw il-progress li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2015.

Bħala l-pass li jmiss u qabel is-sajf, il-Kummissjoni se tippubblika r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2016 għal kull Stat Membru.

Aktar informazzjoni:

 

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test