Mogħdija tan-navigazzjoni

Previżjonijiet ekonomiċi

DĠ ECFIN jipproduċi previżjonijiet ekonomiċi f’isem il-Kummissjoni. Dawn iservu ta' bażi għal diversi proċeduri ta’ sorveljanza ekonomika, bħal fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

L-aktar previżjonijiet reċenti

Il-Previżjoni Ekonomika Ewropea tal-ħarifa tal-2014, ippubblikata fl-4 ta' Novembru 2014.

Dwar il-previżjoni

Il-previżjonijiet ekonomiċi tad-DĠ ECFIN jikkonċentraw fuq l-UE, l-Istati Membri individwali tagħha, u ż-żona tal-euro iżda jinkludu wkoll prospetti għal xi ekonomiji ewlenin oħra tad-dinja u pajjiżi li huma kandidati għas-sħubija fl-UE.

Il-previżjonijiet jestendu fuq perjodu ta’ mill-inqas sentejn u jkopru madwar 180 varjant. Il-previżjonijiet m'humhiex ibbażati fuq mudell ekonometriku ċentralizzat, iżda huma analiżi magħmula mill-uffiċċji tal-pajjiżi tad-DĠ ECFIN, bl-użu ta’ mudelli u għarfien espert. Il-konsistenza hija żgurata b’numru ta’ kontrolli bejn il-varjanti u bejn il-pajjiżi. Il-previżjonijiet għall-UE u ż-żona tal-euro huma maħluqa permezz tal-aggregazzjoni tad-dejta tal-Istati Membri individwali.

Il-previżjonijiet tad-DĠ ECFIN jiġu ppubblikati tliet darbiet fis-sena flimkien maċ-ċiklu annwali tal-UE dwar il-proċeduri ta' sorveljanza ekonomika, magħruf bħala s-Semestru Ewropew. Qabel ma bdew jintużaw dawn il-proċeduri fil-ħarifa tal-2012, ta' kull sena kienu jiġu ppubblikati żewġ previżjonijiet sħaħ u żewġ previżjonijiet interim.

Skeda ta' żmien

Il-Previżjoni Ekonomika Ewropea tax-xitwa 2015 hija skedata għall-2015.

> > Indċi ta' previżjonijiet ekonomiċi u interim

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test