Mogħdija tan-navigazzjoni

Żona tal-euro

Iż-“żona tal-euro” hija t-terminu uffiċjali għall-grupp ta’ pajjiżi tal-UE li adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom.

Il-pajjiżi taż-żona tal-euro jużaw l-istess munita komuni u l-politika monetarja unika mmexxija mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Konverġenza ekonomika tiżgura li l-ekonomija taż-żona tal-euro tiffunzjona tajjeb u li l-pajjiż li jkun daħal fiha jista' jiżviluppa u jirnexxi fiha.

Il-qagħda ekonomika

Il-Kummissjoni tippubblika t-tbassir makroekonomiku għall-UE u l-Istati Membri tliet darbiet fis-sena, fir-rebbiegħa (Mejju), fil-ħarifa (Novembru) u fix-xitwa (Frar). Dawn il-previżjonijiet huma prodotti mid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN).

Pubblikazzjonijiet ta' ECFIN

Sorveljanza fiskali

Valutazzjonijiet tal-programmi ta’ stabbiltà

Kif mitlub mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, kull rebbiegħa il-pajjiż membri tal-UE jippreżentaw l-aġġornamenti tagħhom dwar l-istrateġiji fiskali ta’ terminu medju.

Il-pajjiżi taż-żona tal-euro jippreżentaw programmi ta’ stabbiltà filwaqt li pajjiżi barra ż-żona tal-euro jippreżentaw programmi ta’ konverġenza.

Skont il-valutazzjoni mill-Kummissjoni ppreparata minn DĠ ECFIN, il-Kunsill jadotta opinjoni dwar il-programmi iż-żona tal-euro u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fl-ambitu tas-Semestru Ewropew.


Il-Proċedura tal-UE dwar l-Iżbilanċ Eċċessiv

Il-fergħa korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) tiżgura li l-Istati Membri jadottaw tweġibiet politiċi xierqa biex jittranġaw defiċits eċċessivi billi jimplimentaw il-Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv (PŻE).


Abbozzi tal-pjanijiet baġitarji

Kif meħtieġ mit-Tieni Pakkett, il-pajjiżi taż-żona tal-euro jibagħtu abbozzi tal-pjanijiet baġitarji lill-Kummissjoni sal-15 ta' Ottubru kull sena, qabel l-adozzjoni tal-baġit.

Sorveljanza makroekonomika

Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku

Il-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) hija mekkaniżmu ta' sorveljanza bil-għan li jidentifika riskji potenzjali fi stadju bikri, jevita l-emerġenza ta' żbilanċi makroekonomiċi li jagħmlu l-ħsara u jikkoreġi l-iżbilanċi li diġà qegħdin hemm.

Il-punt tat-tluq annwali ta’ MIP huwa Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija: Ibbażat fuq tabella ta’ indikaturi u fuq il-ġudizzju ekonomiku, ir-rapport huwa filtru biex jidentifika l-pajjiżi u l-kwistjonijiet li teħtiġilhom analiżi aktar mill-qrib (reviżjoni fil-fond). Ir-riżultat ta’ dawn ir-reviżjonijiet fil-fond jifforma l-bażi għal aktar passi skont l-MIP.