Mogħdija tan-navigazzjoni

Niċċelebraw l-euro: il-posters rebbieħa tal-eurocompetition

’Il fuq minn 1800 parteċipant ħadu sehem fil-kompetizzjoni, li kienet titlobhom jużaw il-kreattività tagħhom biex jiddiżinjaw poster dwar il-benefiċċji u l-futur tal-munika unika.

Article created on 05.02.2009

“Frisk, żagħżugħ u oriġinali” hekk il-ġurija ddeskriviet ix-xogħol tas-Slovakka Viktória Š., ir-rebbieħa tal-Eurocompetition (www.eurocompetition.net) ), kompetizzjoni tal-posters biex jiġi ċċelebrat l-10 anniversarju tal-euro.

Studenti minn 10 sa 14-il sena mill-pajjiżi taż-zona tal-euro kienu mistiedna jieħdu sehem fil-Eurocompetition, li kienet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea. Minn 1892 sottomissjoni li waslu sad-data tal-għeluq tal-31 ta’ Diċembru 2008, grupp ta’ għalliema miż-żona tal-euro għamlu preselezzjoni ta’ tliet posters għal kull pajjiż. Il-ġurija finali mbagħad għażlet 15-il rebbieħ nazzjonali u rebbieħa waħda fuq kulħadd.

Il-posters ikopru għadd bla qies ta’ ideat u huma miżgħuda bil-kreattività. Is-sottomissjoni rebbieħa, “Moderné Euro”, maħluqa minn Viktória Š., turi mara żagħżugħa liebsa libsa tal-okkażjoni magħmula minn muniti u karti tal-euro. Kif qalet l-artista żagħżugħa nnifisha:

“L-euro hija għall-ġenerazzjonijiet kollha u għall-okkażjonijiet kollha. Din hija libsa biex niċċelebraw l-euro maż-żgħażagħ.”

Minħabba l-kwalità għolja tas-sottomissjonijiet tagħhom, il-ġurija ddeċidiet li tagħmel menzjoni speċjali lil żewġ finalisti: Frederieke M. mill-Olanda bil-poster tagħha “Euro swims on” u Georgina G. minn Spanja bil-poster “union-estabilidad-fuerza”.

Ir-rebbieħa nazzjonali se jirċievu kamera diġitali. Ir-rebbieħa fuq kulħadd se tiġi mistiedna fi Brussell fejn il-poster tagħha se jiġi ppreżentat f’avveniment għall-istampa fil-preżenza tas-Sur Joaquín Almunia, il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.

Il-15-il rebbieħa nazzjonali huma:

PajjiżTitluStudent/aSkola, Belt
AwstrijaAlles GuteDarina N.Sacre Coeur, Wien
BelġjuNon stop euroEllen B.Sint-Jozefsinstituut, Oostende
ĊipruAn Evolution of a RevolutionPhilonas D.Heritage Private School, Limassol
FinlandjaThe world of euroVilma V.Keravanjoen koulu, Kerava
FranzaEnvolons-nous avec l’EuroPauline P.College Les Bruyeres, Valentigney
ĠermanjaBlühendes EuropaLaura S.Max-Ulrich-von-Drechsel-Realschule, Regenstauf
GreċjaTo Parti Genethlion Tou Euro!!Artemis V.Pedagogiki Private Elementary School, Pireus
IrlandaEuro: To the Future and BeyondRicky M.Kenmare Boys NS., Kenmare, Co. Kerry
ItaljaL’unione fa la monetaWalter C.I.C.S.M.Buonarroti, Palermo
MaltaA Decade of Security and ShelterJonathan YSacred Heart Seminary , Victoria, Gozo
OlandaEuro swims onFrederieke M.Christelijk Lyceum Zeist, Zeist
PortugallCoin-gratulationsJoão A.Escola Básica 2, 3 Grão Vasco, Viseu
SlovakkjaModerné euroViktória Š.SZUŠ Dotyk, Ružomberok
SlovenjaEvro praznujeNejc K.OŠ Davorina Jenka, Cerklje na Gorenjskem
Spanjaunion-estabilidad-fuerzaGeorgina G.Escola Marillac, Barcelona

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test