Mogħdija tan-navigazzjoni

Niċċelebraw għaxar snin tal-ewro bil-Eurocompetition!

Il-Eurocompetition (www.eurocompetition.net), kompetizzjoni tal-posters online għal tfal tal-iskola bejn 10 u 14-il sena li jgħixu fiż-żona tal-euro u s-Slovakkja li tiċċelebra l-għaxar anniversarju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Unjoni Ewropea (EMU) u l-ewro, issa hija miftuħa!

Il-proġett huwa mmexxi minn European Schoolnet f’isem id-Direttorat Ġenerali għall-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea.

Żgħażagħ miż-żona tal-ewro u s-Slovakkja huma mistiedna jingħaqdu maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ l-għaxar snin tal-ewro billi jiddiżinjaw poster dwar it-tema "10 snin tal-EMU u l-ewro " u jtellgħuh fil-gallerija online f’www.eurocompetition.net.

Il-posters għandhom jesprimu l-ħsibijiet tal-parteċipanti dwar dak li għamel l-ewro għaċ-ċittadini Ewropej, x’inhuma l-benefiċċji tal-unjoni monetarja u x’jaħsbu li se jkun il-futur għall-munita unika.

Il-kompetizzjoni hija miftuħa mill-15 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru 2008. Ġurija ta’ esperti se tagħżel 16-il rebbieħ nazzjonali, li lkoll jirċievu kamera diġitali u jkollhom iċ-ċans li l-poster tagħhom jiġi stampat u muri mill-Kummissjoni Ewropea f’wirja fi Brussell. Minn dawn is-16 se jingħażel ir-rebbieħ fuq kulħadd u jingħata premju speċjali li għad irid jiġi żvelat.

Min iżur il-websajt tal-Eurocompetition jista’ jirċievi wkoll il-poster tal-Ewro Kid’s Corner, poster promozzjonali disponibbli fit-12-il lingwa taż-żona tal-euro u s-Slovakkja.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test