Mogħdija tan-navigazzjoni

Id-disinn rebbieħ tal-munita l-ġdida ta' l-ewro!

Iċ-ċittadini u r-residenti ta' l-UE issa għażlu d-disinn rebbieħ tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' l-ewro li tfakkar l-10 snin ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU) u l-ħolqien ta' l-ewro.

Minn Jannar 2009, il-muniti kommemorattivi li se juru dan id-disinn jibdew jinħarġu mill-Istati Membri kollha taż-żona ewro.


Id-disinn jissimboleġġa li l-ewro huwa l-aktar pass reċenti fl-istorja twila tal-kummerċ, mit-tpartit li kien isir fil-pre-istorja - evokat permezz tad-disinn b'dehra apposta primittiva - sa l-unjoni ekonomika u monetarja.

Il-votazzjoni dwar id-disinn tal-munita


Il-votazzjoni kienet miftuħa għaċ-ċittadini u r-residenti kollha ta' l-Unjoni Ewropew u seħħet bejn il-31 ta' Jannar u t-22 ta' Frar 2008. Il-votanti setgħu jagħżlu minn fost 5 disinji li kienu ġew selezzjonati mid-Diretturi taz-Zekka Ewropea. 141675 ħadu sehem fil-votazzjoni. Id-disinn rebbieħ ingħata 41.48 % tal-voti.

>> ara r-riżultati 

Id-disinn rebbieħ huwa xogħol is-Sur George Stamatopoulos, skultur fil-Bank tal-Greċja. Minn Jannar 2009, il-muniti kommemorattivi li għandhom dan id-disinn se jinħarġu fl-Istati Membri kollha li jinsabu fiż-żona ewro

Nifirħu lir-rebbieħ tagħna

Sett ta’ muniti ta’ l-euro, ta’ valur għoli, għall-kollezzjoni sejjer għand ir-rebbieħ tagħna fi Poland


Prize

 

Muniti kommemorattivi


Din hija t-tieni darba li l-pajjiżi kollha taż-żona ewro qed joħorġu munita ta' l-ewro b'disinn komuni anke fuq in-naħa nazzjonali. L-ewwel darba li sar dan kien permezz tal-munita kommemorattiva taż-2 ewro li nħarġet biex tiċċelebra l-50 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma fl-2007.

Il-muniti kommemorattivi għandhom valur ta' 2 ewro, u huma maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni fiż-żona ewro kollha kemm hi, minkejja li spiss jiġbdu interess qawwi min-naħa ta' dawk li jġemmgħu il-muniti.

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test