Merħba fuq DORIE

Xi tkun DORIE?

IL-arkivju DORIE (DOkumentazzjoni u Riċerka fuq kwistjonijiet Istituzzjonali Ewropej) maħsub biex jiftaħ għal pubbliku speċjalizzat, interessat dwar dawn il-kwistjonijiet, ġabra dokumentarja mibnija matul is-snin mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħtiġijiet tagħhom. Din il-ġabra ma tikkonsistix f’repertorju eżawrenti, imma fiha għażla ta’ dokumenti u siltiet minn dokumenti relatati mal-istituzzjonijiet u mal-proċess tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll mal-konferenzi intergovernattivi differenti (u mal-Konvenzjoni tal-2002-2003) li mexxew ir-reviżjonijiet tat-trattati fundaturi.

X'tip ta' dokumenti nista' nsib f'dan l-arkivju?

Fost oħrajn, atti ta’ istituzzjonijiet, minuti ta’ laqgħat ta’ istituzzjonijiet u entitajiet Ewropej, komunikati u artikli tal-istampa, diskorsi ta’ mexxejja Ewropej u ċerti noti interni tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Il-mistoqsija tiegħek tagħtik aċċess għal paġna deskrittiva tad-dokument u għad-dokument innifsu bl-eċċezzjoni tat-testi li għalihom japplikaw ir-regoli dwar id-dritt tal-awtur.

Il-lingwi tal-arkivju

It-tfittxija tista’ ssir bil-Franċiż jew bl-Ingliż.

Għal raġunijiet storiċi, parti kbira tad-dokumenti, b’uħud minnhom imorru lura għall-oriġini tal-Komunità Ewropea, ma jkunux disponibbli ħlief bil-Franċiż jew l-Ingliż. Ċerti dokumenti huma multilingwi u numru żgħir ta’ testi huma disponibbli fil-lingwi kollha. Arkivji oħra, bħal EUR-Lex, jistgħu jgħinuk issib verżjonijiet lingwistiċi oħra ta’ dokumenti identifikati bit-tfittxija tiegħek.

Kif jista' jintuża dan l-arkivju?

  1. Tfittxija skont it-temi:
    Din it-tip tanull; tfittxija tippermettilek issib il-pożizzjonijiet li ħadu l-atturi Ewropej fuq temi istituzzjonali differenti. Dawn ikunu repertorji taħt il-buttuna null;Teminull;, taħt il-forma tanull; klassifika bil-friegħi (pereżempju: Kunsill tal-Unjoni/ il-proċedura tal-vot fid-deċiżjonijiet/definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata).
  2. Kriterji oħra tanull; tfittxija:
    Taħt il-buttuna null;Oqsma prinċipalinull;, tistanull; tagħżel diversi kriterji: it-titolu tad-dokument, it-tip tanull; dokument, id-data, l-isem tal-awtur tal-pożizzjoni meħuda (pereżempju: Kummissjoni), li fiha l-awtur jesprimi ruħu (pereżempju: Konferenza Intergovernattiva, KIG). Huwa possibbli li jkunu assoċjati diversi kriterji.

Għodda li għadha qed tinbena

L-arkivju DORIE għadu qed jinbena. Ċertu għadd ta’ dokumenti huma diġà disponibbli, imma rridu madwar ħames snin biex nipproponu s-sett tal-ġabriet dokumentarji tagħna. L-ewwel dokumenti kodifikati huma t-testi bażiċi marbuta mal-konferenzi intergovernattivi u d-dokumenti rigward it-temi li ġejjin:

  • Il-Kummissjoni/kompożizzjoni/numru ta' membri,
  • Il-Kummissjoni/għażla/ħatra/investitura tal-Kummissjoni,
  • Kunsill tal-Unjoni/ proċedura tal-vot fid-deċiżjonijiet/definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata,
  • Kunsill tal-Unjoni/ proċedura tal-vot fid-deċiżjonijiet/maġġoranza kwalifikata,
  • Dritt leġiżlattiv ta' inizjattiva,
  • Drittijiet fundamentali/Karta tad-drittijiet fundamentali,
  • Aġenziji,
  • Parlament Ewropew/rwol u poteri tal-PE.

Il-materjal iddokumentat jikkonsisti minn aktar minn miljun paġna ta' dokumenti qodma li ġew innumerati progressivament u analizzati biex jitpoġġew fl-arkivju. Meta jkun possibbli, DORIE se tkun miżjuda ta’ kull jum b’testi ġodda.