Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text

Merħba mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea

Xogħolna hu li ngħinu lill-Kummissjoni Ewropea biex ikollha riżultat ta' ħidma tajba u effettiva. Nagħtu l-appoġġ tagħna lill-Kummissjoni kollha, u b'mod partikulari lis-28 Kummissarju, biex ngħinu lill-Ewropa twassal dak li twiegħed.

Fi ħdan organizzazzjoni hekk diversa bħalma hi l-Kummissjoni, is-Segretarjat Ġenerali għandu rwol speċjali xi jwettaq. Minħabba f'hekk naċċertaw ruħna li jkun hemm koerenza sħiħa fix-xogħol tal-Kummissjoni - kemm fit-tfassil tal-politiki ġodda, kif ukoll biex dawn jiġu ggwidati permezz tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE.

Dan ir-rwol iġib miegħu responsabbiltajiet partikulari, pereżempju, ngħinu fix-xogħol ta' kuljum tal-Kummissjoni, niżguraw li l-liġijiet tal-UE jiġu applikati b'mod korrett hrvatski (hr) , ngħinu lid-dipartimenti tal-Kummissjoni fil-kuntatti tagħhom mas- soċjetà ċivili English (en) u nappoġġaw lill-President fit-tmexxija tal-politiki ewlenin bħall-partenarjat għall-iżvilupp u l-impjiegi, l-iżvilupp sostenibbli u d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa.

Aħna nagħmlu parti mill-40 Direttorati Ġenerali (DĠ) u mis-servizzi speċjalizzati li jiffurmaw il-Kummissjoni Ewropea. Bejn wieħed u ieħor l-istaff tagħna hu ta' 600 persuna, hu jaqa' direttament taħt il-President tal-Kummissjoni, José Manuel Barroso. Ninsabu fi Brussell u l-uffiċċji tagħna jinsabu fil-kwartieri tal-Kummissjoni f'Berlaymont.