Dan is-sit ġie arkivjat (02/08/2012)
02/08/2012

Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text

Relazzjonijiet ma& istituzzjonijiet u entitajiet oħra

Is-Segretarjat Ġenerali hu responsabbli mir-relazzjonijiet ma´ l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Ewropej l-oħra.

Relazzjonijiet mal-Kunsill ta´ l-Unjoni Ewropea

Is-Segretarjat Ġenerali jikkoordina r-relazzjonijiet mal-Kunsill tal-Ministri, il-proċedura ta´ kodeċiżjoni, kif ukoll is-sehem tal-Kummissjoni għall-G8.

Is-Segretarjat Ġenerali jiżgura l-koordinazzjoni ta´ l-azzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni quddiem l-entitajiet tal-Kunsill, sabiex il-pożizzjoni tal-Kunsill tkun kemm koerenti kif ukoll ortodossa mill-perspettiva istituttiva u proċedurali, u jgħarraf lill-Kummissjoni bid-diskussjonijiet li għaddejja fil-Kunsill tal-Ministri u tul il-laqgħat tal-Kumitat tar-rappreżentanti permanenti (Coreper I u II) u tal-Kumitat speċjali għall-agrikultura (SCA).

Relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew, l-Ombudsman, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Parlamenti nazzjonali u l-aġenziji Komunitarji

Is-Segretajat Ġenerali għandu rwol ta´ intermedjarju privileġjat bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għall-firxa kollha tar-relazzjonijiet interistituzzjonali, b´mod partikolari s-segwitu tal-laqgħat tal-Kummissjonijiet Parlamentari, is-sessjonijiet plenarji, u t-trattament tal-kwistjonijiet parlamentari. Dawn ir-relazzjonijiet huma mmexxija, fil-qafas tat-Trattati, mill-ftehim ta´ qafas pdf - 62 KB [62 KB] English (en) français (fr) , approvat bejn iż-żewġ istituzzjonijiet f´Mejju 2005.

Is-Segretarjat Ġenerali jikkoordina t-tmexxija ta´ l-ilmenti mibgħuta mill-L-Ombudsman lill-Kummissjoni Ewropea dwar każijiet ta´ amministrazzjoni ħażina allegati u petizzjonijiet ippreżentati lill-Parlament Ewropew.

Is-Segretarjat Ġenerali hu responsabbli mir-relazzjonijiet mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ESC) u l-Kumitat tar-Reġjuni (COR) . Dawn iż-żewġ kumitati konsultattivi jgħinu lill-Kunsill u lill-Kumissjoni fit-tfassil ta´ l-atti Komunitarji. Ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u kull wieħed mill-Kumitati huma mmexxija, fil-qafas tat-Trattat, mill-Protokolli ta´ kooperazzjoni ma´ l-ESC u mas-COR approvati bejn iż-żewġ istituzzjonijiet fl-2005.

Is-Segretarjat Ġenerali hu reponsabbli wkoll mir-relazzjonijiet mal-Parlamenti nazzjonali ta´ l-Istati Membri, b´mod partikolari bil-koordinazzjoni tat-tweġibiet għar-reazzjonijiet imfassla mill-Parlamenti dwar il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni. Hu jżomm kuntatti mas-COSAC (Konferenza ta´ l-entitajiet speċjalizzati fl-affarijiet Komunitarji u Ewropej tal-Parlamenti ta´ l-Unjoni Ewropea) u mal-konferenza tal-Presidenti tal-Parlamenti ta´ l-UE.

Is-Segretarjat Ġenerali jiżgura l-koordinazzjoni ta´ l-azzjoni tas-servizzi tal-Kumissjoni fil-qasam ta´ l-aġenziji, ta´ l-aġenziji ta´ regolazzjoni u ta´ l-aġenziji eżekuttivi. Huwa jiffavorixxi approċċ koerenti tal-Kummissjoni fir-relazzjonijiet tiegħu ma´ l-aġenziji u jipprovdilhom sostenn operazzjonali u istituzzjonali tul l-istadji differenti tal-ħajja ta´ l-aġenziji, il-ħolqien, it-tħaddim u l-kontroll. Dan għandu jippermetti lill-Kummissjoni li twettaq fl-aħjar possibbli r-responsabbiltajiet tagħha, b´mod partikolari bħala Eżekuttiv Komunitarju.