Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text

Stqarrija dwar il-ħidma tas-Segretarjat Ġenerali

Is-Segretarjat Ġenerali hu wieħed mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea u xogħlu hu li jiffaċilita t-tħaddim korrett u effettiv tagħha u li jipprovdi direzzjoni strateġika.

Hu s-servizz tal-President, għas-servizz tiegħu, tal-Kulleġġ u tas-servizzi tal-Kummissjoni. Hu jieħu ħsieb il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kulleġġjali u jassigura li l-politiki tal-UE jsegwu l-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni. Bi qbil mal-President, is-SĠ jipprovdi appoġġ lill-Viċi Presidenti fit-twettiq tar-rwol tagħhom.

B'mod partikulari, is-Segretarjat Ġenerali:

  • jikkontribwixxi għad-definizzjoni tal-għanijiet strateġiċi u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni u jfassal il-politiki transversali;
  • jikkoordina, jiffaċilita, jagħti pariri u jarbitra – sabiex jiżgura l-koerenza, il-kwalità u t-twettiq tal-politika, il-leġiżlazzjoni u l-ħidmiet madwar l-oqsma ta' politika u d-dipartimenti tal-Kummissjoni;
  • jikkoordina l-ippjanar u l-programmar tal-inizjattivi tal-Kummissjoni;
  • jiżgura ħidma bla ntoppi fil-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet u jistinka biex jirrazzjonalizza kemm il-proċeduri kif ukoll l-għodod għall-appoġġ tal-IT bħala parti mill-evoluzzjoni lejn Kummissjoni Elettronika effiċjenti u moderna;
  • jaġixxi bħala l-post komuni fejn il-Kummissjoni tiltaqa' mal-istituzzjonijiet l-oħrajn Ewropej, il-parlamenti nazzjonali u l-organizzazzjonijiet u l-entitajiet mhux governattivi.
  • irawwem il-kompetenzi istituzzjonali tal-Kummissjoni u l-iżvilupp ta' amministrazzjoni Ewropea li tinsisti li jingħata servizz tajjeb, modern, trasparenti u responsabbli u li taħdem bl-ogħla standards ta' etika u integrità.