Dan is-sit ġie arkivjat (04/05/2010)
04/05/2010

Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text
Titlu
Konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija futura UE 2020
Qasam/Oqsma Politikċi
Affarijiet Ġenerali u Istituzzjonali
Grupp(i) fil-mira
Il-partijiet interessati kollha
Perjodu ta’ konsultazzjoni
Mill-24.11.2009 sal-15.01.2010 Din il-konsultazzjoni pubblika issa ntemmet
KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR L-ISTRATEĠIJA FUTURA UE 2020

Fil-preżentazzjoni tal-programm tiegħu għall-Kummissjoni l-ġdida, il-President Barroso spjega l-viżjoni tiegħu ta' fejn għandha tkun l-Unjoni Ewropea fl-2020. Iħoss li l-ħruġ mill-kriżi attwali għandu jkun il-punt tad-dħul f'ekonomija tas-suq soċjali sostenibbli, li tkun ekonomija iktar intelliġenti u li tikkaġuna inqas ħsara lill-ambjent, fejn il-prosperità tagħna se tiġi mill-innovazzjoni u tal-użu aħjar tar-riżorsi, u fejn l-għerf se jkun il-kontribuzzjoniewlenija . Biex isseħħ din il-bidla, l-Ewropa teħtieġ aġenda komuni: L-istrateġija UE 2020.

Din l-istrateġija għandha tippermetti lill-UE tirkupra kompletament mill-kriżi filwaqt li tħaffef lejn ekonomija għaqlija li tirrispetta l-ambjent. UE 2020 tibni fuq is-suċċessi miksuba fl-istrateġija ta' Liżbona minn meta tnediet mill-ġdid fl-2005, li ffukkat fuq it-tkabbir u l-impjiegi, imma għandha tindirizza wkoll wħud min-nuqqasijiet tal-istrateġija ta' Liżbona.

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tippreżenta proposta formali dwar l-istrateġija UE 2020 kmieni s-sena li ġejja, bil-ħsieb li l-Kapijiet tal-Istati u l-gvernijiet tal-UE jadottaw l-istrateġija fil-laqgħa tar-Rebbiegħa 2010. Sadattant, il-Kummissjoni tixtieq tisma' x'taħseb int dwar xi konsiderazzjonijiet ta' politika miftuħa li qed tipproponi għall-istrateġija futura UE 2020. Għal aktar tagħrif:
http://ec.europa.eu/eu2020

Ara d-dokument ta’ konsultazzjoni
COM(2009)647 pdf - 237 KB [237 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)
Id-dokumenti ta' referenza u oħrajn, konsultazzjonijiet relatati
EU 2020
Lisbon strategy for growth and jobs
Dettalji biex tikkuntattjana
servizz responsabbliKummissjoni Ewropea
Segretarjat Ġenerali
Unit D1
e-mailEU2020@ec.europa.eu
indirizz postaliKummissjoni Ewropea
B-l049 Brussell
Ara l-kontribuzzjonijiet English (en)
Fl-interess tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet huma mistiedna jipprovdu lill-pubbliku bit-tagħrif rilevanti dwarhom infushom billi jirreġistraw fir-Reġistru Rappreżentattiv tal-Interess u jissottomettu għall-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu. Jekk l-organizzazzjoni mhix reġistrata, is-sottomissjoni tiġi ppubblikata separatament mill-organizzazzjonijiet reġistrati.
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss
-
Il-protezzjoni tad-data personaliStqarrija speċifika dwar il-privatezza pdf - 20 KB [20 KB] English (en)