Dan is-sit ġie arkivjat (27/01/2012)
27/01/2012
Print versionDecrease textIncrease text

It-triq lejn ir-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

Minħabba l-importanza ta' dan l-istrument ġdid għaċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u kull min huwa interessat madwar l-UE, il-Kummissjoni fetħet konsultazzjoni pubblika wiesgħa mill-11 ta' Novembru 2009 sal-31 ta' Jannar 2010 abbażi ta' green paper biex tara x'jaħsbu l-partijiet interessati dwar kif għandha taħdem fil-prattika l-inizjattiva taċ-ċittadini.
Biex tkun taf aktar dwar din il-konsultazzjoni, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

Wara l-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni Ewropea issottomettiet proposta għal Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-31 ta' Marzu 2010.

Aktar tagħrif dwar il-proposta tal-Kummissjoni:


Fl-aħħar, intleħaq ftehim dwar ir-Regolament dwar inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini f'Diċembru 2010. Ir-Regolament imbagħad ġie adottat formalment fis-16 ta' Frar 2011.