Dan is-sit ġie arkivjat (27/01/2012)
27/01/2012
Print versionDecrease textIncrease text
FTAKAR ID-DATA!

Inħejju ruħna għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini:
Konferenza ospitata mill-Viċi-President tal-Kummissjoni Maroš Šefčovič
is-26 ta’ Jannar 2012
Fil-Kummissjoni Ewropea, il-Binja Charlemagne, Brussell

Programm abbozz pdf - 649 KB [649 KB] English (en) français (fr)

Biex tipparteċipa f'din il-Konferenza, jekk jogħġbok irreġistra hawn.
Il-reġistrazzjoni hi bla ħlas u miftuħa għal kulħadd skont id-disponibbiltà.

Ingħaqad fil-paġna tal-avveniment fuq Facebook iddedikata għall-konferenza hawn.

Se jkun hemm xandira diretta fuq l-internet tal-konferenza f'dan l-indirizz: http://webcast.ec.europa.eu/eutv/portal/warmingup2012
Lingwi disponibbli: Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Spanjol, Taljan, lingwa tas-sinjali.
Il-filmati tal-konferenza se jkunu disponibbli wkoll wara s-26 ta' Jannar 2012.


L-AĦBARIJIET

L-INIZJATTIVA EWROPEA TAĊ-ĊITTADINI

It-Trattat ta' Lisbona jintroduċi forma ġdida ta' parteċipazzjoni pubblika fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea, l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini (ECI). Kif meħtieġ mit-Trattat, fuq proposta mill-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw Regolament li jiddefinixxi r-regoli u l-proċedura li jirregolaw dan l-istrument ġdid (Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini).

L-inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini se tippermetti miljun ċittadin minn tal-anqas kwart tal-Istati Membri tal-UE biex jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposti għal atti legali f'oqsma fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħa tagħmel dan. L-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini, kumitat taċ-ċittadini magħmul minn tal-anqas 7 ċittadini tal-UE li huma residenti f'tal-anqas 7 Stati Membri differenti, se jkollhom sena żmien biex jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ meħtieġa. L-għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ irid ikun ċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni mbagħad ikollha 3 xhur biex teżamina l-inizjattiva u tiddeċiedi kif taġixxi fuqha.

Skont ir-Regolament, l-ewwel inizjattivi Ewropej taċ-ċittadini jistgħu jitnedew biss mill-1 ta' April 2012.