Titlu | |
Konsultazzjoni pubblika dwar l-Inizjattiva Ewropea għaċ-Ċittadini | |
Qasam/Oqsma ta' Politika | |
Affarijiet Ġenerali u Istituzzjonali | |
Grupp(i) fil-mira | |
Il-partijiet interessati kollha | |
Perjodu ta’ konsultazzjoni | |
Mill-11.11.2009 sal-31.01.2010 Din il-konsultazzjoni pubblika issa ntemmet | |
L-għan tal-konsultazzjoni | |
It-Trattat ta' Liżbona jintroduċi forma ġdida ta' parteċipazzjoni pubblika fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea, l-inizjattiva Ewropea għaċ-ċittadini, li tippermetti miljun ċittadin minn numru sinifikanti ta' Stati Membri biex jitolbu direttament lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq inizjattiva ta' interess għalihom f'qasam ta' kompetenza tal-UE. Qabel ma ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt ġdid, iridu jiġu stabbiliti ftit regoli u proċeduri bażiċi f'Regolament tal-UE. Minħabba l-importanza ta' dan l-istrument ġdid għaċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u kull min huwa interessat madwar l-UE, il-Kummissjoni fetħet konsultazzjoni pubblika wiesgħa biex tara kif għandha taħdem fil-prattika l-inizjattiva għaċ-ċittadini. Il-Green Paper, li tniedi din il-konsultazzjoni, tagħti ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet legali, amministrattivi u prattiċi li jridu jiġu indirizzati fir-Regolament u tpoġġi numru ta' mistoqsijiet li l-partijiet interessati huma mistiedna jirrispondu sal-31 ta' Jannar 2010. |
|
Ara d-dokument ta’ konsultazzjoni | |
Green Paper dwar l-Inizjattiva għaċ-Ċittadini ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() |
|
Id-dokumenti ta' referenza u oħrajn, konsultazzjonijiet relatati | |
Taqsira għall-pubbliku ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() Sit web dwar it-Trattat ta' Liżbona FAQ ![]() ![]() Stqarrija għall-istampa |
|
Dettalji biex tikkuntattjana | |
servizz responsabbli | Kummissjoni Ewropea Segretarjat Ġenerali Direttorat E "Regolamentazzjoni Aħjar u Kwistjonijiet Istituzzjonali" Unità E.1 "Kwistjonijiet Istituzzjonali" |
ECI-Consultation@ec.europa.eu | |
indirizz postali | Kummissjoni Ewropea B - 1049 Brussels |
Ara l-kontribuzzjonijiet ![]() |
|
Fl-interess tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet huma mistiedna jipprovdu lill-pubbliku bit-tagħrif rilevanti dwarhom infushom billi jirreġistraw fir-Reġistru Rappreżentattiv tal-Interess u jissottomettu għall-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu. Jekk l-organizzazzjoni mhix reġistrata, is-sottomissjoni tiġi ppubblikata separatament mill-organizzazzjonijiet reġistrati. | |
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss | |
Smigħ tal-Partijiet Interessati dwar l-Inizjattiva għaċ-Ċittadini - Brussell, 22 ta' Frar 2010
Riżultat tal-konsultazzjoni pubblika abbażi tal-Green Paper dwar l-Inizjattiva għaċ-Ċittadini ![]() ![]() |
|
Il-protezzjoni tad-dejta personali | Stqarrija speċifika dwar il-privatezza ![]() ![]() |