Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directGreek Presidency 2013
DG Interpretation

webcasting multilingwi ma’ chat fuq l-internet

Il-konferenzi virtwali spiss jikkonsistu f'taħlita ta’ għodod tal-midja. Id-DĠ interpretazzjoni ġeneralment tipprovdi kombinazzjoni ta’:

  • “Webcasting” li jippermetti lin-nies mhux preżenti jsegwu l-konferenza fi kwalunkwe waħda mill-lingwi li għaliha tkun provduta l-interpretazzjoni simultanja fis-sala;
  • Sessjoni interattiva ta’ “chat” fuq l-internet. Il-parteċipanti remoti jistgħu jittajpjaw il-mistoqsijiet jew kummenti fil-lingwa tagħhom. Jekk it-tweġiba tkun ta’ interess ġenerali, din tintbagħat għad-diskussjoni tal-bord waqt is-sessjoni tad-domanda u tweġiba; tinqara (u tiġi interpretata) fis-sala tal-laqgħa u l-parteċipanti remoti jieħdu r-risposta permezz tal-web-streaming. Jekk il-mistoqsija tiegħek tkun teknika ħafna jew ma tkunx ta’ interess ġenerali, grupp ta’ esperti jirrisponduk direttament bil-miktub fuq iċ-chat line.

Konferenzi virtwali

Eżempju ta’ konferenza virtwali

Il-Kummissjoni Ewropea torganizza “jum ta’ negozjati” għall-parteċipanti li potenzjalment se jieħdu sehem f'sejħa għall-offerti jew sejħa għall-proposti.

Informazzjoni dwar kif tirrispondi tkun provduta permezz ta’ web-streaming. L-istaff tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell jagħmel preżentazzjonijiet bl-użu ta’ slides biex jispjega l-informazzjoni relevanti. L-offerenti, li jkunu qed isegwu l-istreaming fuq il-kompjuter tagħhom imqabbad ma' l-internet minn pajjiżhom stess, jistgħu jistaqsu l-mistoqsijiet permezz ta' chat line; il-mistoqsijiet (wara l-interpretazzjoni, jekk din tkun provduta) ikunu mwieġba minn uffiċjali wara ftit minuti permezz tal-webcasting.

Eżempju ieħor ta’ konferenza virtwali: Konferenza xjentifika

Il-Kummissjoni Ewropea torganizza konferenza fi Brussell jew xi mkien ieħor fl-Ewropa f'ċentru għall-konferenzi. Is-sala tal-konferenza tista’ tilqa’ 400 parteċipant imma hemm ħafna aktar li huma interessati jisimgħu l-konferenza sħiħa jew xi preżentazzjoni speċifika u li jistaqsu xi mistoqsijiet.

Il-parteċipanti li ma jkollhomx post jew li ma jistgħux jivvjaġġaw għall-konferenza, jistgħu jsegwu l-avveniment kollu li jkun streamed live u jistgħu jaraw is-slides daqs li kieku qegħdin fis-sala. Huma jistgħu jisimgħu f’kwalunkwe lingwa li għaliha jkun hemm interpretazzjoni simultanja provduta fis-sala. Dawn “il-parteċipanti virtwali” jistgħu jistaqsu mistoqsijiet permezz ta’ chat line jew jistgħu sempliċiment isegwu l-konverżazzjoni fuq iċ-chat; il-mistoqsijiet miċ-chat jitwieġbu mill-istaff tal-Kummissjoni Ewropea bil-miktub jew, jekk ikunu ta’ interess ġenerali, permezz ta’ webcasting waqt is-sessjoni tal-mistoqsijiet u tweġibiet.

Konferenzi virtwali

 

 

Kif nipparteċipa?

Biex tipparteċipa fil-konferenza virtwali trid tingħaqad:

  • mal-webcast u
  • maċ-chat.

Il-links normalment jingħataw fl-istess paġna ta’ l-avviżi. Għal xi avvenimenti b’parteċipazzjoni ristretta, il-links jintbagħtu bil-posta elettronika jew l-aċċess għall-paġna ta’ l-istreaming tkun teħtieġ password.

Bħala eżempju ta’ kif tista' tintuża din it-teknoloġija, tista' tħares lejn il-faċilitajiet virtwali fl-Inizjattiva tal-ManagEnergyexternal link li, d-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u Trasport tal-Kummissjoni Ewropea żviluppa flimkien mad-DĠ Interpretazzjoni.

Għal informazzjoni aktar dettaljata ibgħat messaġġ lil scic-newtech@ec.europa.euexternal link