Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directItalian Presidency 2014
DG Interpretation

Vidjokonferenza li tinkludi fiha messaġġi istantanji

S’issa, l-istandards tal-Vidjokonferenzi (jiġifieri ITU-T H.320 użati b’linji ta’ l- ISDN, jew H.323 fuq netwerks IP) ma’ ssodisfawx il-htiġijiet tekniċi għall-interpretazzjoni simultanja kif speċifikat fl-istandard ISO-2603external link u fil- Kodiċi tat-Teknoloġiji Ġoddaexternal link adottat minn firxa wiesgħa ta’ interpreti tal-konferenzi professjonali.

Il-faċilitajiet konvenzjonali tal-vidjokonferenzi għandhom limitazzjonijiet fil-kwalità tal-vidjo u l-frekwenza ta’ l-awdjo. Din hija r-raġuni għaliex ma tistax issir interpretazzjoni simultanja ta' interventi orali minn postijiet remoti (jiġifieri fejn l-interpreti ma jkunux preżenti fiżikament). Xi tagħmir tal-vidjokonferenzi tal-ġenerazzjoni l-ġdida, ibbażat fuq l-istandards għall-vidjo (H.264) u awdjo (AAC-LD) issa kapaċi jtejbu drastikament il-kwalità ġenerali iżda din xorta tibqa’ ħafna l-bogħod mill-livell meħtieġ.

Id-DĠ Interpretazzjoni jista’ jipprovdi interpretazzjoni għal vidjokonferenza interattiva meta jkunu disponibbli tagħmir ta’ "kwalità għax-xandir” u linji adegwati ta’ komunikazzjoni (satellita jew xandir terrestri IP bil-garanzija ta’ “Kwalità tas-Servizz”).

Laqgħa fuq l-internet (Net meeting)

Madankollu, f’xi ċirkostanzi, meta jkunu disponibbli faċilitajiet konvenzjonali biss, jekk il-parteċipanti f’postijiet remoti jkunu passivi għall-maġġoranza tal-ħin (jiġifieri jkunu qed isegwu l-laqgħa u li jkunu jixtiequ jagħmlu mistoqsijiet jew kummenti biss xi kultant), tip ta' software ta’ “messaġġi istantanji" tista’ tipprovdi xi forma ta’ interattività. L-interventi minn postijiet remoti jintbagħtu bħala messaġġi miktubin permezz ta’ internet lejn workstation fejn ikunu l-interpreti. Fis-sala tal-laqgħa, il-mistoqsijiet li jidhru fuq l-iskrin ewlieni tal-kompjuter jinqraw pubblikament u jiġu interpretati. B’dan il-mod, l-interpretazzjoni simultanja tista’ tiġi provduta għal postijiet remoti (dejjem jekk il-frekwenzi tal-awdjo meħtieġa jkunu disponibbli b’mod remot).

Fost il-bosta għodod ta’ messaġġi istantanji, l-aħjar waħda hija dik taċ-“chatting”. Is-softwer tal-posta elettronika normali ma jistax jintuża minħabba d-dewmien ikkawżat mill-mekkaniżmi tas-server tal-posta li l-ewwel jaħżen l-informazzjoni (data) u wara jibgħatha. Xi tipi ta' sistemi ta' messaġġi istantanji, bħal dawk li huma konformi mat-T.120 joffru wkoll faċilitajiet addizzjonali. Per eż. bihom tista' taqsam l-applikazzjonijiet (application sharing) u white board u t-trasferiment ta’ fajls.

Għal informazzjoni aktar dettaljata ibgħat messaġġ lil scic-newtech@ec.europa.euexternal link