Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directItalian Presidency 2014
DG Interpretation

Suġġerimenti għall-kelliema

Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ġabar l-esperjenza fuq ħafna snin. L-interpreti tagħna ħejjew xi ftit suġġerimenti għall-kelliema fil-laqgħat bl-interpretazzjoni. Tista’, jekk trid, tistampa fuljett PDF pdf - 234 KB [234 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) slovenčina (sk) suomi (fi) svenska (sv) b'din l-informazzjoni.

Meta tingħata l-mikrofonu, qiegħdu direttament quddiemek u neħħi l-headphones. Imbagħad, ixgħel il-mikrofonu.

  • Jekk ikunu jippermettu l-arranġamenti lingwistiċi, jekk jogħġbok uża lsien art twelidek.
  • Tkellem b’pass raġonevoli, liberament jew abbażi ta’ noti jew punti.

Il-messaġġ tiegħek jista’ ma’ jasalx kompletament meta sempliċiment taqra test jew nota miktuba. Saħansitra xi ħadd li qed jisma l-lingwa oriġinali jista jsibha diffiċli biex jifhem id-dettalji kollha tal-messaġġ. Jekk tispiċċa taqra xi testi jew stqarrijiet ippreparati, int mitlub tgħid lis-Segretarjat jiżgura li l-kopji jkunu mqassma minn qabel fil-kabini ta’ l-interpreti. Dawn ovvjament jiġu trattati bl-akbar kunfidenzjalità u l-wasla tagħhom tkun verifikata

  • Meta jkun hemm referenza għal xi dokument partikolari, ikkwota n-numru speċifiku ta’ referenza jew paragrafu l-ewwel, imbagħad ħu pawża biex tippermetti l-kulħadd isib ir-referenza. In-numri tal-paġni jistgħu jvarjaw fil-verżjonijiet tal-lingwi differenti.
  • Ikkwota ċ-ċifri bil-mod u b’mod distint u rrepetihom jekk ikun hemm bżonn. Meta għandek listi biċ-ċifri, agħti xi ħaġa bil-miktub lid-delegati u l-interpreti.
  • Spjega dawk l-akronimi li ma tantx ikunu magħrufa meta tużahom għall-ewwel darba fil-laqgħa. Jekk ikollok lista, din tista’ tkun tassew utli bħala dokument ta’ sfond għall-interpreti.

Fl-aħħarnett, il-feedback ta’ kwalunkwe tip normalment ikun apprezzat ħafna. Nitolbuk tikkuntattja lill-interpreti tiegħek jekk ikollok xi mistoqsijiet jew tixtieq tissuġġerixxi t-termini speċjalizzati t-tajba.

  • Tkellem b’mod naturali, b’pass raġonevoli
  • Tkellem b’ilsien art twelidek jekk dan ikun possibbli
  • Li titkellem hu aħjar milli taqra
  • Neħħi l-headphones u tkellem fil-mikrofonu
  • Ikkwota r-referenzi ta’ dokumenti
  • Kun żgur li jekk ħa taqra d-diskors, l-interpreti jkollhom kopja tat-test
  • Tkellem ma’ l-interpreti tiegħek u tihom xi feedback
  • Iċ-ċifri, ismijiet u akronimi jridu jkunu ċari