Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directItalian Presidency 2014
DG Interpretation

Linjigwida għall-kelliema f’avveniment ta’ webcast

It-teknoloġiji tal-midja bl-istreaming jew bil-webcasting jippermettu n-nies isegwu l-konferenzi permezz ta’ l-internet minn kwalunkwe post 'il bogħod (l-uffiċċju/id-dar). Meta tgħaqqad il-vidjow u l-awdjo diġitali ma preżentazzjonijiet bl-islides (per. eż. bil-PowerPoint) li jingħataw f’sala u chats fuq l-Internet (IRC) jipprovdu esperjenza memorabbli għall-parteċipanti mill-bogħod u jippermettilhom jirreaġixxu..

Konferenzi bl-internet

Eżempju ta’ kif jidher diskors fuq l-Internet

Jekk jogħġbok ħares ftit lejn dawn il-linjigwida ġenerali għall-kelliema li jużaw preżentazzjonijiet fil-webcasts bl-islides. Xi wħud mis-suġġerimenti jistgħu ma japplikawx għal kull avveniment minħabba t-teknoloġija speċifika li tkun użata.

It-tħejjija tas-slides

Jekk jogħġbok segwi dawn il-linjigwida bir-reqqa meta tħejji preżentazzjoni bis-slajds għall-konferenza li tkun ukoll webcast:

1.Normalment is-slides jintwerew fuq il-web f’format ta’ madwar 320 x 240 pixels. Dan ifisser li s-slide tokkupa xi 1/9 tal-wiċċ totali ta' l-iskrin ta' 17-il pulzier b'riżoluzzjoni ta' 1024 x 768 pixels. Kun żgur li l-iżgħar font ikun jinqara f’din ir-riżoluzzjoni.

2.Anki jekk ħa tuża PowerPoint (jew xi software ta’ dan it-tip), jekk jogħġbok ipprepara ta l-anqas slide wieħed ta’ informazzjoni f’format elettroniku li jibqa’ online waqt il-preżentazzjoni tiegħek. Is-slide għandu jkun fiha:

  • isem il-kelliem,
  • isem l-organizzazzjoni,
  • titlu tad-diskors
  • data u ħin tal-konferenza.

3 Uża fonts komuni bħal Arial, Helvetica, Times, eċċ. u kun żgur li l-illustrazzjonijiet ikunu inkorporati fil-file (u mhux biss links għal xi file fil-hard disk tiegħek), jekk ma jsirx hekk jistgħu ma jidrux tajjeb. Jekk għandek xi ħtiġijiet speċifiċi, per eżempju jekk assolutament trid tuża fonts mhux komuni, mela jekk jogħġbok ikkuntattja lill-organizzatur u ara jekk dak li għandek bżonn jistax isir.

4 Semmi l-preżentazzjoni li tipprovdi lill-organizzazzjoni tal-konferenza billi tuża kunjomok; jekk tipprovdi aktar minn fajl wieħed, int mitlub tinnumerah tajjeb (jiġifieri "vella.ppt" jew "vella1.ppt, vella2.ppt”)

Il-preżentazzjonijiet bl-islides fuq il-web jistgħu jsiru f’ħafna modi. L-aktar komuni huma :

1 Is-slides ikunu streamed b’rata baxxa direttament mill-kompjuter użat għall-preżentazzjoni tiegħek. Din it-teknoloġija tippermettilek tagħmel tibdiliet sa l-aħħar jum u li tinkludi effetti viżivi oriġinali, però ħsejjes ta’ preżentazzjoni ma jiġux trażmessi fuq il-web).

2 Files JPEG jew GIF maħluqa minn qabel minn preżentazzjoni bil-PowerPoint (jew xi programm simili); din hija t-teknoloġija li hija l-aktar użata: tuża anqas bandwidth u tipprovdi stampa ta' kwalità aħjar. Jekk jogħġbok segwi dawn ir-regoli:

a) Tużax effetti ta’ animazzjoni jew ħsejjes;

b) Uża slides differenti biex ikollok oġġetti li jidhru progressivament;

c) Effetti ta’ tranżizzjoni bejn slide u oħra huma possibbli, imma jarawhom biss in-nies li jkunu preżenti fis-sala tal-konferenzi;

d) Jista’ jkun li jkollok tikkonverti s-slajds f'format "JPEG" jew "GIF", 320 x 240 pixels (normalment l-organizzatur jieħu ħsieb din il-konverżjoni): Mill menu "File" tal-PowerPoint, agħżel "Save as" u agħżel il-format jpeg (xi verżjonijiet tal-PowerPoint iħalluk tagħżel wkoll id-daqs tas-slide): hekk jinħoloq folder bl-isem ta’ "Slide 1”,.. “SlideXX”, eċċ, li jkun fih is-slides kollha.

Kif jidhru s-slides normalment

L-eżempji li ġejjin huma meħuda minn avvenimenti mgħoddija.

Slide

  • Font użat fit-titlu: Times New Roman 36pt
  • Font użat fit-test: Times New Roman 20pt
  • Kumment: inkun diffiċli li din is-slajd tinqara fuq skrin issettjat fuq 1024 x 768 (anki fis-sala tal-konferenzi)

  • Font użat fit-titlu: Arial 44pt
  • Font użat fit-test: Arial 24pt
  • Kumment: ċar biżżejjed meta wieħed jarah fuq l-internet..

Kif tagħmel il-preżentazzjoni

Aħseb fl-interpreti...

Jekk waqt id-diskors tingħata interpretazzjoni simultanja, jekk jogħġbok segwi r-rakkomandazzjonijiet fis-suġġerimenti ġenerali għall-kelliema.

Jekk jogħġbok tinsiex tipprovdi kopja elettronika tal-preżentazzjonjoni tiegħek qabel id-data ta’ l-għeluq. Ftakar tibgħat ukoll lill-organizzatur tal-konferenza kull ma ser taqra waqt id-diskors tiegħek. Dan il-materjal wara jintbagħat lil:

  • is-servizz ta’ l-interpretazzjoni (l-interpreti jkollhom bżonn ikunu jafu s-suġġett minn qabel biex jaħdmu aħjar waqt id-diskors tiegħek);
  • il-fornitur ta’ l-istreaming fuq l-internet/intranet;
  • il-Kompjuter fis-sala tal-konferenzi fejn int fiżikament ħa tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek.

Oqgħod hekk

Segwi dawn is-suġġerimenti sempliċi sabiex ikollok webcast aħjar :

  • Dejjem ħares lejn l-udjenza u toqgħodx timxi minn naħa għall-oħra tal-kamra: int qed tiġi ffilmjat; il-moviment żejjed inaqqas ħafna mill-kwalità ta’ l-istampa (aktar pixels x’j iġu trażmessi fuq l-internet, ċans ta’ telf ta’ frames);
  • Uri kull slide għal mill-anqas żewġ minuti: il-parteċipanti lokali kif ukoll dawk virtwali għandu jkollhom il-ħin biex jaqraw it-test u jisimgħu fl-istess ħin (sakemm ma tridx li sempliċiment turi ritratt);
  • Anki jekk tingħata interpretazzjoni simultanja, is-slides tiegħek ma jkunux tradotti, allura agħżel lingwa xierqa għalihom.
  • Evita li tilbes l-abjad jew kuluri ċari: dawn jikkawżaw under-exposure fuq l-immaġni mill-kamera.
  • Ilbes kuluri solidi: ħwejjeġ li jkollhom xi disinn jew strixxi jistgħu jikkawżaw effetti viżwali mhux mixtieqa.