Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directGreek Presidency 2013
DG Interpretation

Aħseb fl-interpretazzjoni meta tippjana l-laqgħa tiegħek

Iddeċidejt li tagħmel laqgħa bl-interpretazzjoni. Esperjenza estensiva u riċerka riċenti dwar il-komunikazzjoni wrew il-punti li ġejjin bħala importanti fit-tħejjija ta’ dan it tip ta’ laqgħat. Jekk jogħġbok ħares lejn dawn il-punti l-ewwel u qabel kollox :

Kwistjonijiet ta’ komunikazzjoni

Mill-aħħar esperjenza tiegħek ta’ din il-laqgħa tlabt għal aktar lingwi biex jitkellmu u jisimgħu milli kellek bżonn? Forsi xi oħrajn minflokhom setgħu kienu aktar utli?

  • Jekk jogħġbok irranġa t-talba lingwistika tiegħek għall- ħtiġijiet veri tal-laqgħa.
  • Jekk jogħġbok staqsi lill-parteċipanti fl-invit x’lingwi jistgħu jitkellmu/jisimgħu (wara konferma mid-DĠ Interpretazzjoni). Inkorraġihom biex jitkellmu liberament, jekk ikun possibli f'ilsien art twelidhom, u, meta l-ħin ikun limitat, li jkun aktar aħjar li jitkellmu fil-qosor milli jitkellmu jgħaġġlu.
  • Brief them as follows:

- Il-messaġġ tiegħek jista’ ma' jasalx kompletament meta sempliċiment taqra test jew nota miktuba. Saħansitra xi ħadd li qed jisma l-lingwa oriġinali jista jsibha diffiċli biex jifhem id-dettalji kollha tal-messaġġ..

- Jekk għandek xi dikjarazzjoni twila, biex tiffranka l-ħin, jista’ jkun aħjar li tagħti t-test kollu lis-Segretarjat, u waqt li tkun qed titkellem tagħti biss ġabra fil-qosor tiegħu.

  • Ara jekk it-titlu tal-laqgħa huwiex ċar biżżejjed sabiex l-interpreti jħejju rwieħhom kif suppost jew jekk ikunx ta' għajnuna li tinkludi xi sottotitolu.
  • Jekk jogħġbok ħu nota tal-punti ta' l-aġenda b'mod ċar (informazzjoni, diskussjoni, vot ...).
  • Jekk ikun possibli, ipprova indika l-ħin ta’ l-abbozz fuq l-aġenda.
  • Organizza laqgħa informattiva qasira ma’ l-interpreti - interpretu li jkun infurmat tajjeb huwa interpretu aktar involut.

Dokumenti

  • Ara li d-dokumenti jkunu lesti sew minn qabel u f'lingwi biżżejjed biex il-laqgħa tkun ta’ suċċess.
  • Kun żgur li tipprovdi l-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa (akronimi, termini tekniċi...).
  • Ara li d-dokumenti jkunu mmarkati/numerati b'mod ċar (punt fuq l-aġenda, status legali, kodiċi uffiċjali, istituzzjoni jew pajjiż ta' l-oriġini...).
  • Id-dokumenti/aġenda ġeneralment ikunu pprovduti fil-kabini ta’ l-interpreti, imma jekk ikun hemm xi dokumenti ġodda li jiġu ppreżentati waqt il-laqgħa, jekk jogħġbok kun żgur li l-interpreti jkollhom kopja qabel ma tiddiskutihom.
  • Qis li jkun hemm xi kopji fuq karta waqt il-laqgħa, anki jekk diġa tkun bgħatt dawn id-dokumenti lid-DĠ Interpretazzjoni.

Għajnuniet viżivi/tagħmir u kabini

  • Għal preżentazzjonijiet bil-power-point jew simili ara s-suġġerimenti dwar preżentazzjonijiet bil-power-point u webcasting.
  • Kun żgur li tlabt il-kamra/tagħmir meħtieġ (mikrofoni, skrins li jkunu jidhru mill-kabini kollha u overhead projector).
  • Ikkunsidra l-użu ta’ għajnuniet viżivi għaċ-ċifri, flow-charts, eċċ. waqt il-laqgħa tiegħek.
  • Kun żgur li l-interpreti jistgħu jaraw l-iskrin tajjeb u li għandhom kopja ta' l-islides fuq karta.
  • Għandek tkun żgur li s-sala tiegħek tkun mgħammra b'kabini; jekk le, ikollok bżonn kabini mobbli li jissodisfaw l- ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa.

Qabel il-laqgħa

  • Jekk jogħġbok ara li d-DĠ Interpretazzjoni ġie infurmat dwar xi tibdiliet fl-aħħar ħinijiet ta' qabel il-laqgħa.
  • Kun żgur li l-president jista’ jispjega fi ftit kliem waqt il-laqgħa x’jinvolvi kull punt fuq l-aġenda. (Dan iservi biex kemm l-interpreti kif ukoll il-parteċipanti jifhmu lħsieb wara l-punt).
  • Ħares lejn iċ-checklist għall-President tad-DĠ Interpretazzjoni għas-suġġerimenti prattiċi
  • Ipprova agħti kopja ta’ l-aġenda annotata lill-interpreti - tista' tinkludi l-għan ta' kull punt ta' l-aġenda u b’hekk tantiċipa mistoqsijiet u tipprovdi tweġibiet, eċċ.