Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directPresidency
DG Interpretation

Chats multilingwi

 

 

Multilingual chatIċ-“chats” multilingwi jiġu organizzati mill-Kummissjoni Ewropea: personalitajiet politiċi jinteraġixxu maċ-cittadini Ewropej mqabbda ma’ l-internet, bl-użu ta’ faċilità taċ-chat.

In-nies jistgħu isegwu d-diskussjoni chat b’liema lingwa jixtiequ minn ipprovduti. Il-mistoqsijiet li jidħlu jiġu tradotti mill-interpreti tad-DĠ Interpretazzjoni mil-lingwi kollha koperti.

It-tweġiba tal-Kummissarju (jew membru ieħor tal-bord) imbagħad tiġi tradotta lura fil-lingwa li fiha tkun saret il-mistoqsija. Iċ-chats ġeneralment isiru kmieni filgħaxija u jdumu xi sagħtejn. Avviżi u struzzjonijiet dwar kif tidħol fiċ-chat jinstabu fuq il-paġna speċjali ta' l-avviżi dwar iċ-chat fuq Europaexternal link.

 

Tista’ tidħol f’chat b’żewġ modi: : Multilingual chat

Tista’ tieħu sehem fid-diskussjoni online u tagħmel xi mistoqsijiet jew sempliċiment issegwi d-diskussjoni minghajr ma tipparteċipa attivament. L-unika informazzjoni li tintalab sabiex ikollok il-konnessjoni hi:

  • il-kanal tal-lingwa preferita minnek;
  • laqam (it-tweġibiet ikunu indirizzati lil-laqam (nickname) li tagħżel).

Ara wkoll id-deskrizzjoni tal-konferenzi virtwali li jikkombinaw il webcasting u ċ-chat.

Għal informazzjoni aktar dettaljata ibgħat messaġġ lil scic-newtech@ec.europa.euexternal link.