Tippresjedi laqgħa bl-interpretazzjoni b'suċċess
Kull tim ta’ interpreti jiġi assenjat b’kap tat-tim. Hu jew hi jikkuntattjawk qabel il-bidu tal-laqgħa biex jikkonfermaw il-lingwi disponibbli u jispjegaw fil-qosor informazzjoni relevanti oħra dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-iskeda tal-ħinijiet.
- Meta tibda l-proċedimenti, jekk jogħġbok għid liema lingwi jistgħu jitkellmu l-kelliema u liema lingwi jistgħu jisimgħu. Ipprova agħti xi indikazzjoni ta’ l-iskeda tal-ħin għall-ġurnata u semmi fil-qosor il-pjanijiet għall-aġenda.
- F’ċertu każi, għandek mnejn issibha utli li tagħti ġabra fil-qosor ħafna ta’ l-isfond ħafna fil-bidu ta’ kull punt u ġabra fil-qosor ċkejkna oħra fl-aħħar tgħin ukoll biex jiġu ċċarati l-konklużjonijiet u tiffranka l-ħin aktar tard.
- Wara kull kelliem, ħu pawża zgħira qabel ma' tgħaddi l-mikrofonu lid-delegat li jkun imiss peress li jista' jkun li l-interpretazzjoni ta' xi lingwi jkunu ħarira tard, dan speċjalment f'laqgħat b'numru kbir ta' lingwi.
- Id-dokumenti/aġenda ġeneralment ikunu pprovduti fil-kabini ta’ l-interpreti, imma jekk ikun hemm xi dokumenti ġodda li jiġu ppreżentati waqt il-laqgħa, jekk jogħġbok ipprova kun żgur li l-interpreti jkollhom kopja qabel ma tiddiskutihom.
- Jekk jogħġbok ftakar li titlob lid-delegati jitfu t-telefon ċellulari tagħhom u biex iżommu l-headphones ‘l bogħod mill-mikrofonu meta jkunu ħa jitkellmu sabiex jevitaw l-interferenzi fis-sistema ta’ l-awdjo.
- Id-DĠ Interpretazzjoni ħejja suġġerimenti ġenerali għall-kelliema li għandek mnejn tkun tixtieq tistampa
[213 KB]
u tqassam waqt il-laqgħa.
Għal raġunijiet ta’ tmexxija tajba ta' l-istaff kif ukoll għal kwalità tajba tas-servizz u għall-welfare individwali, irid ikun hemm ċerti regoli. Bin-numru ta’ laqgħat involuti jrid ikun hemm limitu fil-ħin għall-biċċa l-kbira tal-laqgħat, imma jekk ikun avżat minn qabel, id-DĠ Interpretazzjoni jista' jipprovdi interpreti għal laqgħat fit-tard.
Informazzjoni bażika dwar is-sigħat tax-xogħol:
- Is-sessjoni ta’ filgħodu ma tistax taqbeż l-4 sigħat mill-ħin uffiċjali tal-bidu. (Jekk jogħġbok innota : Jekk ikun maħsub li l-laqgħa tiegħek issir biss filgħodu, jista' jagħti l-każ li ma tkunx tista' ddum aktar mis-13.00 peress li l-interpreti għal-laqgħa ta’ nofs jum tiegħek jistgħu jkunu mistennija għal laqgħa oħra fis-14.30.)
- Il-waqfa għall-ikel trid tkun twila mill-anqas 90 minuta. (L-interpreti jridu jieklu, jekk jista’ jkun jieħdu ftit arja friska u ħafna drabi jbiddlu l-post jekk ikunu jridu jmorru għal xi laqgħa oħra wara nofsinhar).
- Il-laqgħat kollha jridu jispiċċaw fis-18.30 sakemm ma jkunx ġie avżat minn qabel id-DĠ Interpretazzjoni.
- Madankollu, l-ebda tim ta’ interpreti m'hu suppost jaħdem aktar minn 10 sigħat kuljum.
Fl-aħħarnett, il-feedback ta’ kwalunkwe tip normalment ikun apprezzat ħafna. Jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tikkuntattja lil kap tat-tim jew lill-interpreti jekk ikollok xi mistoqsijiet jew tixtieq tgħinna nużaw it-termini speċjalizzati t-tajbin. Id-DĠ Interpretazzjoni jispera li l-indikazzjonijiet t’hawn fuq jgħinu biex il-laqgħa tiegħek timxi tajjeb.













