Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directPresidency
DG Interpretation

Xi jkun Pivot ?

L-użu ta’ lingwa waħda bħala relay.

Jekk ikun hemm biss interpretu wieħed jew tnejn b’lingwa lingwa passiva li ma tkunx daqstant magħrufa, dawn jissejħu “ pivots” għall-kabini l-oħra li jieħdu r- relay minn għandhom. It-terminu bil-Franċiż huwa użat universalment.

Id-DĠ Interpretazzjoni dejjem jipprova jevita li jkun hemm pivot wieħed (pivot uniku) għal kwalunkwe lingwa fit-tim tiegħu. Xi kultant lingwa waħda tkun il-lingwa pivot, imma tkun koperta minn żewġ interpreti li t-tnejn li huma jkunu qed jaqilbu retour lejn l-istess lingwa u joqgħodu darba kull wieħed fl-istess kabina jew inkella b’interpretu retour wieħed u interpretu wieħed fil- kabina tal-lingwa retour li jistgħu ipartu x-xogħol kull tant ħin.

Meta t-tim ikun kbir (ta’ ngħidu aħna 23-23) id-DĠ Interpretazzjoni dejjem jipprova jipprovdi relay permezz ta’i familji differenti ta’ lingwi (il-Ġermaniku, ir-Rumanz, il-Finno-Ugric) biex ikun hemm bilanċ aħjar fil-piż tax-xogħol tat-tim ħalli ma jkunx hemm żbilanċ fl-interpretazzjoni li tista' tirriżulta meta jkun hemm tranżizzjoni l-ħin kollu mill-istess lingwa jew grupp ta’ lingwi relay.