Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directItalian Presidency 2014
DG Interpretation

Reġim lingwistiku

L-interpreti jitkellmu dwar lingwi attivi u passivi.

Lingwa attiva hija lingwa li jitkellmu l-interpreti u li d-delegati jistgħu jisimgħu.

Lingwa passiva hija lingwa li jitkellmu d-delegati u li jifhmuha l-interpreti.

Laqgħa b’reġim lingwistiku ta’ 24-24 ikollha 24 lingwa passiva u 24 lingwa attiva. Fl-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea dan ifisser li l-lingwi uffiċjaliexternal link kollha huma interpretati fil-lingwi uffiċjali kollha. Reġim bħal dan jissejjaħ sħiħ u simetriku..

Reġim imnaqqas ifisser li l-interpretazzjoni tkun provduta minn anqas minn numru sħiħ tal- lingwi uffiċjaliexternal link.

Reġim simetriku jfisser li d-delegati jistgħu jitkellmu u jisimgħu l-interpretazzjoni mill-istess lingwi..

F’> reġim mhux simetriku, tista' titkellem aktar lingwi milli tista' tisma’. Meta ngħidu li laqgħa għandha reġim ta’ 15-3 dan ifisser li d-delegati jistgħu jitkellmu 15-il lingwa uffiċjali imma li l-interpretazzjoni hija provduta biss fi tlieta, per eżempju l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. .

Laqgħa tat-tip EN-FR-DE-IT-EL - EN-EL hija dik li nsejħu “ laqgħa 5-2” fejn id-delegati jistgħu jitkellmu bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan jew bil-Grieg imma l-interpretazzjoni issir biss għall-Ingliż u għall-Grieg. Dan it-tip ta' laqgħa ikollhu reġim assimetriku mnaqqas.