Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directItalian Presidency 2014
DG Interpretation

It-tiżwieqa tal-lingwi ta’ l-interpretu tal-konferenza

F’bosta każi, l-interpretu tal-konferenza jaħdem mil- lingwi passivi tiegħu lejn ilsien art twelidu. Ilsien art twelidu huwa l- lingwa attiva u xi kultant jissejjaħ il- lingwa A.

Xi interpreti jkunu jafu b’mod eċċellenti lingwa oħra apparti lsien art twelidhompajjiżhom u kapaċi jaqilbu għal dik il-lingwa minn waħda jew aktar mil-lingwi l-oħra tagħhom. Dawn għandhom lingwa attiva sekondarja. Meta interpretu jkun kapaċi jaqleb minn ilsien pajjiżu għal lingwa attiva sekondarja ngħidu li jagħmel retour. Xi interpreti li jkollhom lingwa ta’ retour jaqilbu f’dik il-lingwa biss b’mod konsekuttiv, mhux simultanju..

Numru żgħir ta’ interpreti kapaċi jaqilbu mil-lingwi kollha tagħhom għal lingwa attiva sekondarja. Dawn l-interpreti jagħmlu kabina sħiħa sekondarja. Numru iżgħar ta' interpreti għandhom aktar minn żewġ lingwi attivi.

Lingwi passivi huma lingwi li l-interpretu jifhem kompletament u li ġeneralment ikun jitkellem sa ċertu punt, però mhux biżżejjed biex jaqleb għal dik il-lingwa..

L-AIIC, l-assoċjazzjoni internazzjonali ta’ l-interpreti tal-konferenzi tuża dawn id- definizzjonijietexternal link li ġejjin

Lingwi attivi:

A : Ilsien art twelid l-interpretu (jew xi lingwa oħra li tkun tgħodd daqs li kieku kienet ilsien pajjiżu), li jaqleb id-diskorsi lejhom mil-lingwi l-oħra kollha tiegħu biż-żewġ modi ta’ interpretazzjoni, simultanja u konsekuttiva. Il-membri kollha bilfors irid ikollhom għall-anqas lingwa ‘A’ waħda imma jista’ jkollhom aktar minn waħda..

B : Lingwa li ma tkunx ilsien pajjiż l-interpretu, imma li jkun jafha perfettament u li lejha jaqleb id-diskorsi minn waħda jew aktar mil-lingwi l-oħra tiegħu. Xi interpreti jaqilbu lejn lingwa ‘B’ f’mod wieħed biss miż-żewġ modi ta’ interpretazzjoni..

Lingwi passivi:

C : Lingwi li l-interpretu għandu jkun jafhom tajjeb u li minnhom jaqleb id-diskorsi.