Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directPresidency
DG Interpretation

Xi jkun Cheval ?

Interpretu li jaħdem ftit f’kabina waħda u ftit f’kabina oħra waqt l-istess laqgħa.

Interpretu Cheval (il-kelma Franċiża għal żiemel) “jirkeb” żewġ kabini fl-istess laqgħa. Normalment, ikun hemm mill-anqas żewġ interpreti preżenti għal kull lingwa, imma jekk laqgħa simultanja issir f'żewġ lingwi biss, tista' tiffranka interpretu billi tuża cheval, interpretu li jkun kapaċi jinterpreta fiż-żewġ lingwi, u li jgħaddi minn kabina għall-oħra skond il-ħtieġa.

Normalment l-interpreti jaqilbu d-diskorsi għal ilsien pajjiżhom. Xi interpreti jafu lingwa sekondarja tajjeb biżżejjed li jkunu kapaċi jaqilbu d-diskorsi minn ilsien pajjiżhom lejn dik il-lingwa (lingwa attiva sekondarja jew “ lingwa B"). Din tissejjaħ interpretazzjoni "retour" . It-terminu bil-Franċiż għal ritorn huwa użat universalment. Numru żgħir ta’ interpreti jafu l-lingwa attiva sekondarja tagħhom tant sew li jkunu kapaċi jinterpretaw lejha minn kull lingwa fl-għażla lingwistika tagħhom.