Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directLatvian Presidency
DG Interpretation

Xi tkun l-interpretazzjoni Assimetrika ?

Id-delegati kollha jitkellmu b’ilsien art twelidhom, imma jisimgħu l-interpretazzjoni fi ftit lingwi biss.

F’ħafna każi, id-delegati jifhmu lingwa magħrufa waħda (jew aktar), imma ma jħossuhomx komdi jitkellmuha. Mod wieħed kif tagħmel l-aħjar użu minn riżors skars (l-interpreti) hu li tagħmel użu mill-interpretazzjoni asimetrika.

Tim li jkun qed jinterpreta f'żewġ direzzjonijiet bejn il-lingwi uffiċjali attwali jeħtieġ 69 interpretu jew aktar, imma jekk tillimita n-numru ta’ lingwi attivi għal tlieta, tista’ tgħaddi b’xi tużżana biss. Id-delegati kollha jitkellmu b’ilsien art twelidhom, imma jistgħu jifhmu biss waħda mit-tliet lingwi.

Naturalment, biex interpretazzjoni assimetrika tkun prattika trid tkun ċert li d-delegati kollha jifhmu waħda jew aktar mill-lingwi attivi.