Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directLatvian Presidency
DG Interpretation

Il-post tax-xogħol ta’ l-interpreti simultanji

Ħafna mis-swali tal-konferenzi għandhom kabini apposta u huma attrezzati għall- interpretazzjoni simultanja.

Jekk ma jkunx hemm kabini permanenti, l-interpreti simultanji jaħdmu f’kabini mobbli.

Iċ-ċentru ewlieni tal-konferenzi tal-Kummissjoni Ewropea, is-Centre de Conférence Albert Borschette (CCAB) għandu erba’ swali tal-laqgħat bil-kabini għall- interpretazzjoni simultanja f’kull wieħed mill-ħames sulari

 

L-akbar sala għall-konferenzi tal-Kummissjoni fil-bini Charlemagne għandha 23 kabina.

 

Il-bini Berlaymont, il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, b’kollox għandu 10 swali tal-laqgħat, attrezzati għall- interpretazzjoni simultanja.

Il-kabini jrid ikollhom veduta tajba ta' dak li jkun għaddej. Iridu jkunu komdi, li ma jgħaddix il-ħoss minnhom, bl-arja kkundizzjonata, ikunu mdawlin tajjeb u jkun fihom siġġijiet komdi. Barra minn hekk irid ikollhom veduta diretta tad-delegati kollha.

Ġew stabbiliti l-istandards tal-kodiċi ISO għall-kabini u t-tagħmir.

ISO 2603external link – 1998 (kabini fissi)

ISO 4043external link – 1998 (kabini mobbli)

Is-SCIC taħdem biex issaħħaħ l- istandards ta’ l-ISO biex tiżgura kundizzjonijiet mill-aqwa tax-xogħol għall-interpreti u biex tipprovdi lid-delegati b’interpretazzjoni ta’ l-aqwa kwalità.

Jekk int tinsab fil-proċess li tibni xi faċilità tal-konferenzi jew xi sala għal-laqgħat b’tagħmir għall-interpretazzjoni, nistidnuk tikkuntattja lid- DĠ Ġestjoni ta’ l-Interpretazzjoni tat-Taqsima ta’ l-Infrastrutturi għal-Laqgħat għal pariri u s-suġġerimenti.

"Huwa jaħdem fil-kabina ta’ l-Ispanjol ..."

Fost l-interpreti “taħdem fil-kabina” tfisser li tinterpreta u mhux tagħmel xi attività oħra. Imma “l-kabina” tirreferi wkoll għal-lingwa attiva ta’ l-interpretu jew, fid-DĠ Interpretazzjoni, it-taqsima ta' interpretazzjoni li persuna tkun fiha. Id-DĠ Interpretazzjoni għandha taqsima ta’ interpretazzjoni jew kabina waħda għal kull lingwa uffiċjali ta’ l-Unjoni..