Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directLatvian Presidency
DG Interpretation

Għajnuna biex tiddisinnja l-faċilità tal-konferenzi tiegħek

Id-DĠ Interpretazzjoni għandu esperjenza estensiva fil-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-faċilitajiet għal-laqgħat u l-konferenzi b'istallazzjonijiet għall-interpretazzjoni simultanja. Id-DĠ Interpretazzjoni lest jaqsam l-għarfien tagħha ma’ periti, bennejja jew promoturi ta’ swali tal-konferenzi jew ċentri tal-konvenzjonijiet kemm pubbliċi kif ukoll privati. Nistgħu nagħtuk evalwazzjoni oġġettiva ta’ l-aspetti kollha li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-interpretazzjoni tal-konferenzi kif ukoll it-tagħmir u l-kmamar neċessarji.

It-tim speċjalizzat tagħna jara li s-swali kollha tal-laqgħat fl-Ewropa u barra, fejn jintalbu s-servizzi ta’ l-interpreti tad-DĠ Interpretazzjoni, ikunu konformi ma’ l-istandards tagħna għall- kabini u t-tagħmir ta’ l-interpretazzjoni. Id-DĠ Interpretazzjoni jaħdem mill-qrib ma’ korpi ta’ l-istandards internazzjonali u l-produtturi tat-tagħmir ta’ l-interpretazzjoni.

Id-DĠ Interpretazzjoni jista’ jagħti pariri ta’ natura ġenerali dwar is-swali tal-laqgħat li qed tippjana, b’mod partikolari dwar kif tista’ tapplika l-istandards internazzjonali fil-prattika. Madankollu, ma nistgħux nieħdu post l-inġiniera konsulenti li jibnulek il-faċilità. Is-servizzi ta’ konsulenza tad-DĠ Interpretazzjoni huma b’xejn imma jekk ikun hemm xi spejjeż ta’ l-ivvjaġġar dawn ikollhom jitħallsu mill-applikant.

It-talbiet għall-konsulenza teknika għandhom ikunu indirizzati lil :

Ms M. Lely
Team Leader Technical Compliance
Office VM 18-02/024
Directorate General for Interpretation
European Commission
B-1049 Brussels
Belgium
E-mail : SCIC-CONFORM@ec.europa.euexternal link
Tel : +32-2-2974569