Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directLatvian Presidency
DG Interpretation

Għajnuna lill-Universitajiet

Il-Kummissjoni tikkollabora mill-qrib mal-universitajiet external linkli jipprovdu t-taħriġ għall-interpreti tal-konferenzi biex tiżgura standards professjonali ta' livell għoli.

Minkejja li l-Kummissjoni ma torganizzax hi korsijiet ta' taħriġ tal-interpretazzjoni, aħna nipprovdu kemm għajnuna fuq il-post, kif ukoll għajnuna mill-bogħod minn ħarrieġa tal-esperjenza, kif ukoll għotjiet finanzjarji lill-universitajiet u boroż ta' studju lill-istudenti.

Għajnuna fuq il-post

Għajnuna forma ta' taħriġexternal link

Aħna nipprovdu taħriġ fuq il-post fl-universitajiet imsiħbin magħna fuq talba. Dawn jitmexxew mill-ħarrieġa tad-DĠ Interpretazzjoni li għandhom ħafna snin ta' esperjenza fl-interpretazzjoni tal-konferenzi u tekniki prattiċi tat-taħriġ. Din il-forma ta' taħriġ tista' titfassal b'mod speċjali skont il-bżonnijiet tal-universitajiet.

Żjarat fid-DĠ Interpretazzjoni għal skop ta' tagħlimexternal link

Iż-żjarat fid-DĠ Interpretazzjoni jagħtu ċans lill-istudenti biex isiru familjari mal-mod li bih jaħdmu l-Istituzzjonijiet u b'mod partikolari, max-xogħol tal-interpreti waqt il-laqgħat. L-istudenti jkunu preżenti fil-laqgħat u flimkien mal-ħarrieġa tagħhom jinterpretaw f'kabini finti, b'hekk ikollhom idea tax-xogħol futur tagħhom.

SCiCLOUD

Is-SCiCLOUD hija firxa wiesgħa ta' riżorsi diġitali (bħal vidjos tat-taħriġ u l-Maħżen tad-Diskorsi), kif ukoll servizzi interattivi f'forma ta' klassijiet virtwali.

Il-klassijiet virtwaliexternal link

Aħna noffru klassijiet virtwali interattivi li fihom ħarrieġa li għandhom l-esperjenza fl-interpretazzjoni jiggwidaw u jivvalutaw lill-istudenti mill-bogħod permezz ta' vidjokonferenzi. M'għandniex għalfejn ngħidu li l-Klassijiet Virtwali jeħtieġu li jkun hemm sistema kompatibbli tal-vidjokonferenzjar (għal aktar tagħrif: SCIC-VIRTUAL-CLASS@ec.europa.euexternal link ). Fil-"klassi virtwali" tagħna diġà ssieħbu 25 università minn madwar l-Ewropa.

Il-Maħżen tad-Diskorsiexternal link

Il-Maħżen tad-Diskorsi huwa għodda elettronika tat-tagħlim żviluppata mid-DĠ Interpretazzjoni li tipprovdi materjal tat-taħriġ imfassal għall-istudenti u l-ħarrieġa tal-interpretazzjoni għall-konferenzi skont il-ħtiġiet individwali tagħhom. Huwa fih ġabra ta' diskorsi rreġistrati bil-vidjo organizzati skont il-lingwa, il-livell ta' diffikultà, it-tip ta' metodu tal-interpretazzjoni u s-suġġett.

SCICtrainexternal link

Is-SCICtrain hija ġabra ġdida fjamanta ta' moduli vidjo li jkopru firxa wiesgħa ta' tekniki, għodod u riżorsi tal-interpretazzjoni permezz ta' dimostrazzjonijiet, pariri personali, u "lezzjonijiet" qosra magħmulin mill-interpreti u l-ħarrieġa professjonali esperjenzati tagħna.

Podcastsexternal link

Il-podcasts tal-interpreti tal-Kummissjoni Ewropea jindirizzaw kwistjonijiet differenti tal-interpretazzjoni, xi wħud minnhom tekniċi, u oħrajn aktar filosofiċi. Isma' professjonisti anzjani jitkellmu dwar l-esperjenzi u x-xogħol tagħhom waqt konferenzi internazzjonali.

Għotjiet Finanzjarji lill-Universitajiet

Aħna nipprovdu appoġġ finanzjarju għall-proġetti tal-universitajietexternal link li jżidu dimensjoni Ewropea fil-korsijiet (eż. it-tagħlim ta' kombinazzjonijiet ta' lingwi mhux tas-soltu), korsijiet tal-interpretazzjoni postuniversitarji, proġetti ta' kooperazzjoni transfruntiera– bejn l-2013 u l-2014, 7 universitajiet gawdew minn dan it-tip ta' sussidju. Programm ta' ħidma 2014 external link

Boroż ta' Studju

Tixtieq issir interpretu tal-konferenzi? Tista' tkun eliġibbli għal borża ta' studjuexternal link mingħand id-DĠ Interpretazzjoni.

Konferenza tal-SCIC u l-Universitajiet

Darba fis-sena, id-DĠ Interpretazzjoni tagħmel Konferenza tal-Universitajietexternal linkfejn ikun hemm parteċipanti minn Universitajiet, minn gvernijiet nazzjonali u minn Istituzzjonijiet Ewropej u Internazzjonali.