Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directItalian Presidency 2014
DG Interpretation

Customer Satisfaction Survey

Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni tal-Kummissjoni, wettaq stħarriġ bejn it-12 ta' Novembru u t-23 ta' Novembru, dwar il-livell ta' sodisfazzjon tal-parteċipanti f'laqgħat li jsiru ġewwa l-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u l-Kumitat tar-Reġjuni.

Irċevejna 3152 tweġiba, il-maġġoranza ta' dawn waslu minn delegati ġejjin minn amministrazzjonijiet nazzjonali u Rappreżentazzjonijiet Permanenti. Dan juri b'mod ċar l-interess ta' l-aktar klijenti komuni tagħna, fis-servizz li aħna noffru.

L-istħarriġ juri livell għoli ta' sodisfazzjon bis-servizz ta' interpretazzjoni li jiġi pprovdut mid-DĠ SCIC: madwar 84% ta' dawk li wieġbu kienu sodisfatti jew sodisfatti ħafna.

Dawn ir-riżultati huma ta' kuraġġ għall-impjegati tagħna, iżda huma wkoll stedina sabiex inkomplu nieħdu xogħolna bis-serjeta', per eżempju, billi ntejjbu aktar is-servizzi tagħna f'oqsma bħal, terminoloġija u familjarita' mas-suġġetti li jiġu diskussi waqt il-laqgħat.

Il-Kummissjoni hija determinata li jkun hemm segwiment fuq dawn ir-riżultati permezz ta' azzjoni konkreta. Per eżempju, se naraw kif nistgħu insaħħu aktar il-programm ta' taħriġ komprensiv tagħna u niżviluppaw aktar il-ħidma fuq it-terminoloġija, dan kollu sabiex nikkonsolidaw il-kwalita' ta' l-interpretazzjoni.

Riżultati ta’ l-istħarriġ li sar bejn it-12 ta’ Novembru u t-23 ta’ Novembru (pdf)

Suġġerimenti għat-titjib fil-qosor pdf - 97 KB [97 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) pdf - 97 KB [97 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) pdf - 97 KB [97 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr)