Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directPresidency
DG Interpretation

Opportunitajiet ta’ karriera mad-DĠ Interpretazzjoni

Pożizzjonijiet bħala membru ta’ l-istaff

Id-DĠ Interpretazzjoni jimpjega kemm staff lingwistiku (interpreti) kif ukoll amministrattiv. Sabiex issir membru ta’ l-istaff, japplikaw l-istess regoli bħal kwalunkwe pożizzjoni permanenti oħra fi ħdan il-Kummissjoni Ewropeaexternal link. Sabiex jiġi ggarantit li ċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni jingħataw l-istess aċċess, ir-reklutaġġ huwa bbażat fuq proċess ta' għażla imsejjes fuq konkorsi miftuħaexternal link, li jwasslu għal listi ta’ riżerva ta’ kandidati li jirnexxielhom jgħaddu. L-istaff amministrattiv u l-interpreti jintgħażlu minn dawn il-listi, normalment fl-iskaluni l-aktar baxxi tas-sellum tal-karriera li fil-każ ta' l-interpreti huwa AD5. Jekk tinteressak karriera bħala traduttur, jekk jogħġbok żur il-paġna tar-reklutaġġ tas-servizz tat-traduzzjoniexternal link.

Il-konkorsi miftuħa għall-interpreti jiġu organizzati skond il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ fl-unitajiet individwali ta’ l-interpretazzjoni. Sabiex tikkwalifika, jeħtieġlek tikkonforma ma’ għadd ta’ rekwiżiti, b’mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ u l-profil lingwistiku – (jiġifieri l- lingwi passivi mfittxija fl-unitajiet differenti ta’ l-interpretazzjoni). L-eżami fih sensiela ta’ elementi: eżamijiet fl-interpretazzjoni konsekuttiva u simultanja, u wkoll, jekk ikun il-każ, f’ lingwa retour; eżamijiet f’materji varji mhux lingwistiċi.

F’każi eċċezzjonali, meta jinqalgħu bżonnijiet speċjali jew urġenti, l-interpreti jistgħu jiddaħħlu bħala staff temporanju.

L-interpreti freelance

Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, u l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea lkoll għandhom servizz ta' l-interpretazzjoni tagħhom, imma r-reklutaġġ ta' l-interpreti bħala membri ta' l-istaff u l-għażla ta' l-interpreti freelance ssir bi sħab bejniethomexternal link.

Interpreti apprentisti

Id-DĠ Interpretazzjoni ma joffrix postijiet tax-xogħol għal interpreti apprentisti, imma għandu rabtiet mill-qrib ma’ għadd ta’ skejjel ta’ l-interpretazzjoni. pdf - 437 KB [437 KB] .

L-eżamijiet ta’ akkreditazzjoni għall-Interpreti Freelance mill-Pajjiżi Kandidati

- Jekk tixtieq tapplika, jekk jogħġbok żur il -paġna ta’ l-akkreditazzjoni tal-freelancersexternal link.

- Jekk imlejt il-formola elettronika xi darba oħra qabel, nitolbuk ma tirrepetix l-operazzjoni.

- Id-dokumenti kollha għandhom ikunu daħlu sad-data ta' l-għeluq, meta tingħata.

- Żomm f’moħħok li tista’ tibgħat l-applikazzjoni tiegħek meta trid, anke jekk ma jkun hemm l-ebda test skedat.