Mogħdija tan-navigazzjoni

Print versionDecrease textIncrease textSubscribe to our RSS Feed
DG Interpretation Conference Video Portal
DG Interpretation Conference Streaming Portal
EU careersTREATY of Lisboneurope directPresidency
DG Interpretation

X'nagħmlu

X’jagħmel id-DĠ Interpretazzjoni? 

Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni (DĠ Interpretazzjoni - magħruf ukoll bħala SCIC) huwa s-servizz tal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u l-organizzatur tal-konferenzi. DĠ Interpretazzjoni tirreferi għall-Viċi President Kristalina Georgievaexternal link.

Bħala parti mill-impenn tal-Kummissjoni għat-trasparenzaexternal link, id-Diretturi Ġenerali jippubblikaw informazzjoni dwar il-laqgħat li saru mal-organizzazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom.

L-Unjoni Ewropea, fl-essenza tagħha, tista’ titqies bħala konferenza teknika waħda, twila, intensa, politika u l-ħin kollu għaddejja. l-Istati Membri ilhom jinnegozjaw kuljum għal 50 sena fuq il-bażi tal-proposti mill-Kummissjoni. Ir-Regolamenti u d-Direttivi English (en) li jagħmlu l-leġiżlazzjoni tal-UE jibdew madwar mejda tal-konferenzi. Id-DĠ Interpretazzjoni jipprovdi għal madwar 11,000 laqgħa fis-sena u huwa l-akbar servizz tal-interpretazzjoni fid-dinja.

Id-DĠ Interpretazzjoni jimmanniġja l-allokazzjoni tas-swali tal-laqgħat tal-Kummissjoni u jipprovdi appoġġ għat-tmexxija bla intoppi tal-laqgħat f’bosta lingwi li jsiru hemm. Huwa jorganizza wkoll konferenzi għad-Direttorati Ġenerali u d-dipartimenti tal-Kummissjoni, tipikament fir-reġjun ta’ 'l fuq minn 40 avveniment ewlieni fis-sena. B’hekk il-missjoni tiegħu hija li jippermetti komunikazzjoni multilingwi fil-qalba tat-tfassil tad-deċiżjonijiet tal-Komunità billi:

  • jipprovdi servizzi tal-interpretazzjoni ta’ kwalità;
  • jipprovdi servizz effettiv tal-organizzazzjoni tal-konferenzi li jinkludi għajnuna teknika u l-ġestjoni tad-disinn ta’ faċilitajiet moderni għall-konferenzi;
  • jgħin biex l-istrateġija għall-multilingwiżmu l-ġdida tal-Kummissjoni sseħħ.

Għalfejn huma importanti dawn il-lingwi kollha? 

Li kull min ikun madwar il-mejda jingħata leħen f'ilsien pajjiżuexternal link huwa rekwiżit fundamentali tal-leġittimizzazzjoni demokratika tal-Unjoni Ewropea. F’ħafna każi, l-atti legali li joħorġu mid-diskussjonijiet ikollhom effett immedjat u dirett fil-ħajja tan-nies. M’għandu jkun hemm l-ebda ostaklu fil-ftehim u l-opinjonijiet waqt il-laqgħat. Iċ-ċittadini tal-Ewropa m’għandhomx bilfors ikollhom jiġu rappreżentati fi Brussell mill-aqwa lingwisti tagħhom: jistgħu jibagħtu l-aqwa esperti tagħhom. Id-DĠ Interpretazzjoni jaċċerta li jifhmu 'l xulxin.

Għal min jaħdem id-DĠ Interpretazzjoni? 

Id-DĠ Interpretazzjoni jipprovdi interpretazzjoni ta’ kwalità fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoniexternal link u l-Istituzzjonijiet l-oħra li taqdi, u jipprovdi kapaċità organizzativa għall-konferenzi lis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kunsill Ewropewexternal link, Iil-Kunsill tal-Unjoniexternal link , il-Kumitat tar-Reġjuniexternal link , il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropewexternal link , il-Bank Ewropew tal-Investimentexternal link u l-aġenziji u l-uffiċċji fl-Istati Membriexternal link kollha jġibu l-interpreti tagħhom mid-DĠ Interpretazzjoni. Attwalment, il-Kunsill juża madwar 46% mis-servizzi ta’ interpretazzjoni provduti, warajh hemm il-Kummissjoni b’xi 40%. Il-bqija tal-14% jinqasmu bejn iż-żewġ Kumitati, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-varji aġenziji u entitajiet l-oħra. Il-Parlament Ewropewexternal link u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzjaexternal link għandhom servizzi ta' interpretazzjoni separati u d-DĠ Interpretazzjoni jaħdem magħhom fil-qrib.

Kemm iqum dan kollu? 

Id-DĠ Interpretazzjoni u s-servizzi separati ta’ interpretazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Ġustizzja jieħdu ħsieb id-diskorsi fil-laqgħat, l-aktar fl-interpretazzjoni simultanja, b'nefqa totali ta' anqas minn nofs euro fis-sena għal kull ċittadin Ewropew. Id-DĠ Interpretazzjoni waħedha tiswa lil min iħallas it-taxxa 0.21 €/ċittadin/sena.

Kif jiġi organizzat l-interpretar? 

Id-DĠ Interpretazzjoni jipprovdi interpreti għal bejn 50 u 60 laqgħa kuljum fi Brussell u postijiet oħra. L-organizzazzjoni tal-lingwi f’dawn il-laqgħat tvarja mhux ħażin – minn interpretazzjoni konsekuttiva bejn żewġ lingwi, li teħtieġ interpretu wieħed, għal interpretazzjoni simultanja lejn u minn 24 lingwa jew aktar (simetrija sħiħa), li tirrekjedi mill-inqas 72 interpretu.

Kull istituzzjoni għandha l-ħtiġijiet differenti tagħha. Bħala regola ġenerali, ir-rappreżentanti eletti (jiġifieri, ministri f’laqgħat formali, laqgħat plenarji tal-Kumitat tar-Reġjuni jew tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali) ikollhom kopertura lingwistika simetrika sħiħa, mentri uffiċjali u esperti jkollhom firxa sħiħa ta’ arranġamenti differenti li jiddependu fuq il-ħtiġijiet veri tagħhom u r-riżorsi disponibbli.

Li tipprovdi għal dawn l-arranġamenti lingwistiċi kollha jirrekjedi l-użu tat-tekniki varji kollha tal-interpretazzjoni simultanja li napplikaw regolarment: interpretazzjoni diretta, relay (interpretazzjoni permezz ta’ lingwa fin-nofs: Lingwa A l-ewwel tinqaleb f'lingwa B, imbagħad f’lingwa Ċ mill-interpreti li jaqilbuha mill-B), interpretazzjoni żewġ-naħat u retour (l-istess interpretu li jaħdem mill-A għall-B jaħdem ukoll mill-B għall-A), u kopertura assimetrika tal-lingwa (il-parteċipanti jistgħu jitkellmu għadd kbir ta’ lingwi imma l-interpretazzjoni tkun provduta biss fi ftit minn dawn).

Id-DĠ Interpretazzjoni f’Ċifri Ewlenin (2014) 

  • persunal ta’ 551 interpretu
  • 300 - 400 interpretu freelance kuljum
  • 3000 interpretu freelance akkreditat
  • 50 - 60 laqgħa kuljum
  • ± 11,200 laqgħa
  • ± 111,000 ġranet ta' interpretazzjoni
  • 56 konferenzi prinċipali organizzati tal-Kummissjoni
  • Spiża tal-interpretazzjoni: € 126,000,000 
  • Spiża għal kull ċittadin Ewropew: € 0.25

Araw ukoll il-fuljett tagħna: (Interpretation in figures / 2014 pdf - 2 MB [2 MB] )