Menu

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Opportunitajiet tas-Sajd għall-2015 skont il-Politika Komuni tas-Sajd

Konsultazzjoni pubblika

Titolu

Konsultazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd għall-2015 skont il-Politika Komuni tas-Sajd

Oqsma ta' politika

Qasam tas-sajd

Gruppi destinatarji

Iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet kollha jistgħu jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni. Il-kontribuzzjonijiet huma partikolarment imfittxija minn ċittadini u organizzazzjonijiet b’rabta ma’, jew b'interess fil-qasam tal-ħut jew tas-sajd u l-ambjent kostali u tal-baħar.

Perjodu ta' konsultazzjoni

Mis-26.06.2014 sat-30.09.2014

Għan tal-konsultazzjoni

Li tippermetti liċ-ċittadini Ewropej kollha jesprimu opinjoni dwar il-mod li bih il-livelli tal-isforz tas-sajd u l-kwoti tas-sajd huma stabbiliti skont il-Politika Komuni tas-Sajd ġdida u fir-rigward tal-parir xjentifiku dwar is-sajd sostenibbli.

Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

Tista' twieġeb għal din il-konsultazzjoni fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE – Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan jew Ungeriż.

Individwi (li jwieġbu fil-kapaċità personali tagħhom)

Awtorità pubblika

Organizzazzjonijiet (assoċjazzjonijiet, amministrazzjoni, eċċ.)

Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet

Fl-interess tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet (l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju u n-negozji, eċċ.) huma mistiedna jipprovdu lill-pubbliku bl-informazzjoni rilevanti dwarhom billi jirreġistraw fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE u jimxu mal-kodiċi ta' kondotta tiegħu.

  • Jekk inti Organizzazzjoni rreġistrata, jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz tal-organizzazzjoni tiegħek u n-numru tal-ID tar-Reġistrazzjoni fl-ewwel paġna tal-kontribuzzjoni tiegħek. Il-kontribuzzjoni tiegħek imbagħad titqies bħala rappreżentazzjoni tal-fehmiet tal-organizzazzjoni tiegħek.
  • Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhix irreġistrata, tista' tirreġistra issa. Imbagħad ejja lura f'din il-paġna biex tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek bħala organizzazzjoni rreġistrata.
  • It-tweġibiet mill-organizzazzjonijiet mhux irreġistrati jiġu ppubblikati separatament.

Il-kontribuzzjonijiet se jiġu ppubblikati fuq dan il-websajt flimkien ma' ismek jew isem l-organizzazzjoni – sakemm ma toġġezzjonax li bl-iżvelar tal-identità tiegħek l-interessi leġittimi tiegħek issirilhom ħsara. F’dak il-każ il-kontribuzzjoni tista' tiġi ppubblikata b’mod anonimu.

Aktar dwar il-konsultazzjoni

Dokument ta' konsultazzjoni 

Dettalji ta’ kuntatt

Servizz responsabbli
Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, id-Direttorat MARE-A2

Indirizz elettroniku
MARE-CONSULTATION-ON-FISHING-OPPORTUNITIES@ec.europa.eu 

 

Indirizz postali
European Commission
Directorate-General for Maritime Affairs and Fisheries
J79 01/21, B-1049
B-1049 Brussels
Belgium

Għadd ta' tweġibiet riċevuti 

Għadu mhux disponibbli

Ara l-kontribuzzjonijiet

Contributions English (en)

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

Din il-konsultazzjoni pubblika toffri lill-partijiet interessati u liċ-ċittadini l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom lill-Kummissjoni fi stadju bikri tat-tfassil tal-politika. Is-servizzi tal-Kummissjoni bi ħsiebhom jagħmlu l-kummenti aċċessibbli fuq dan il-websajt.

Fid-dawl tal-kummenti riċevuti u meta jitqies ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-impatt li għaddejja bħalissa, il-Kummissjoni se tipproponi verżjonijiet riveduti tar-regoli applikabbli.

Il-protezzjoni tad-dejta personali

L-istqarrija ta' privatezza pdf - 14 KB [14 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)