Mogħdija tan-navigazzjoni

 

Ir-Regolamentazzjoni ta' l-IT

 

Ir-regolamentazzjoni ta' l-IT tipprovdi qafas u proċċessi għat-teħid u t-twettiq tad-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiġi amministrat, ikkontrollat u ssorveljat il-qasam ta' l-IT. Il-Kummissjoni stabbilitiet sistema ta' regolamentazzjoni ta' l-IT imsejsa fuq standards de facto internazzjonali. Din tikkonċerna l-istrutturi u l-proċessi organizzattivi u ta' tmexxija li jiżguraw li s-settur ta' l-IT fil-Kummissjoni jkun kompletament konformi ma' l-objettivi ta' l-organizzazjoni u jsostnihom.

L-IT fil-Kummissjoni huwa organizzat skond linji federali, b'konformità ma' l-organizzazzjoni deċentralizzata interna ta' din l-Istituzzjoni. Kull Direttorat Ġenerali jinkorpora kariga konnessa ma' l-IT (Maniġer tar-Riżorsi Informatiċi – IRM), li ġġorr magħha r-responsabbiltà tal-ħtiġijiet speċifiċi tad-DĠ rispettiv, u imbagħad hemm ukoll dawk inkarigati mill-IT b'mod ċentrali (id-Direttorat Ġenerali DIGIT), li jipprovdu l-appoġġ u s-servizzi komuni (korporattivi).

Hemm mekkaniżmi ta' koordinament li huma ferm żviluppati u li jiffunzjonaw sew (prinċiparjament il-kumitati li flimkien iħejju d-deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet relevanti konnessi ma' l-IT), li jiżguraw il-koerenza u l-komunikazzjoni li hemm bżonn bejn dawk inkarigati mill-IT lokalment jew ċentralment.

Il-katina ta' rappurtar u awtorizzazzjoni tiżgura li l-istrateġija ta' l-IT tiffissha l-amministrazzjoni tal-Kummissjoni fl-ogħla livell. Il-proċessi ta' l-ippjanar u l-investiment fil-qasam ta' l-IT huma integrati fiċ-ċikli ta' l-attivitajiet globali u ta' l-ippjanar tar-riżorsi tal-Kummissjoni, biex b'hekk tiġi żgurata l-konformità ta' l-għanijiet tan-negozju u ta' l-IT.