Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Riżorsi umani u sigurtà
Citi rīki
Kull xahar, l-uffiċjali jħallsu kontribuzzjoni mis-salarju tagħhom (attwalment ta' 11,3%) li tippermettilhom, skont ċerti kundizzjonijiet, li jibbenefikaw minn dritt għall-pensjoni.
Hu ffisat għal 70% tas-salarju bażiku. L-uffiċjal hu intitolat għal 1,09% tal-aħħar pagament tas-salarju bażiku għal kull sena ta' servizz ikkalkolata (Art. 77 tar-Regolamenti tal-Istaff), jiġifieri wara 10 snin ta' servizz, uffiċjal ikun intitolat għal 19% tal-aħħar pagament tas-salarju bażiku tiegħu meta jilħaq l-età tal-irtirar.
a) awtomatikament, fl-aħħar jum tax-xahar meta jagħlqu 65 sena,
b) fuq talba, meta jkollhom tal-anqas 63 sena (Art. 52 tar-Regolamenti tal-Istaff)
Għall-uffiċjali fis-servizz fl-1 ta' Mejju 2004 (meta daħlu fis-seħħ ir-regolamenti tal-istaff il-ġodda), japplikaw regoli tranżitorji:
L-uffiċjali li jieqfu jaħdmu qabel l-età "normali" tal-irtirar (63 sena, jew inqas għal dawk li kienu diġà uffiċjali qabel l-1 ta' Mejju 2004), u jekk ikollhom tal-anqas 55 sena u jkunu għalqu 10 snin ta' servizz, l-uffiċjali jistgħu jagħżlu li joħorġu bil-pensjoni. F'dan il-każ, jitilfu parti mid-drittijiet akkwistati, u l-pensjoni tagħhom titnaqqas bi 3,5% għal kull sena ta' differenza bejn l-età tagħhom meta joħorġu bil-pensjoni u l-età ta' rtirar uffiċjali applikabbli għalihom (Art. 9,§1 tal-Anness VIII).
Abbażi ta' kriterji oġġettivi u ta' proċeduri ffisati mill-Kummissjoni, l-Awtorità li taħtar tista' tiddeċiedi, fl-interessi tas-servizz, li ma tapplikax it-tnaqqis ta' 3,5% għal kull sena għal perċentwal żgħir tal-uffiċjali.
In-numru ta' uffiċjali li joħorġu bil-pensjoni kmieni mingħajr tnaqqis fil-pensjoni tagħhom ma jistax jaqbeż l-10% tan-numru ta' uffiċjali li joħorġu bil-pensjoni fl-età normali (skont l-Art. 52 tar-Regolamenti tal-Istaff) matul is-sena preċedenti (Art. 9,§2 anness VIII).
Mill-2004 'l quddiem, total ta' 387 uffiċjal ħarġu bil-pensjoni kmieni bla tnaqqis fil-pensjoni tagħhom mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE. 227 minn dawn kienu uffiċjali u aġenti temporanji tal-Kummissjoni (medja ta' 38 irtirat fis-sena fil-Kummissjoni).
Għall-2010 , huma mistennija 49 każ li mill-200 applikazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni huma fl-interessi tas-servizz.
s