Service tools

Language selector

Navigation path

Aġġorna l-mowbajl tiegħek Iċċekkja d-dokumenti personali tiegħek Il-Kard Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Gawdi minn drittijietek bħala konsumatur mill-UE Fittex b´sebgħa għajnejn opportunitajiet biex tiffranka l-flus Ibbukkja b´mod intelliġenti Ivvjaġġa mingħajr ebda ħsibijiet Ifhem il-kirja tal-karozza tiegħek Kun af qabel ma tixtri Ingħata għajnuna u parir bla ħlas
UEFA EURO 2012 Polonja - Ukraina

Tħobb il-futbal u qed tippjana l-vjaġġ li ilek toħlom dwaru biex tara l-partiti ta' EURO 2012?

Evita l-problemi u l-inkwiet li jistgħu jħassrulek il-vjaġġ permezz ta' dawn il-pariri!

Aġġorna l-mowbajl tiegħek

  • Numru tal-UE għas-sejħiet ta' emerġenza: 112
  • Għajnuna lill-Konsumaturi bil-lingwi tal-UE kollha permezz ta' rikjesta fuq il-paġna tal-websajt ta' Europe Direct
  • Parir legali dwar problema konkreta għall-konsumaturi fil-Polonja (bl-Ingliż, 9.00 am sal-5.00 pm CET matul il-ġranet tal-ġimgħa)
    • Informazzjoni bit-telefown bla Ħlas lill-Konsumaturi 800 007 707 (tista' ċċempel minn telefown b'linja fissa fil-Polonja jew minn mowbajl b'operaturi Pollakki) *
    • Informazzjoni bit-telefown +48 228 27 5474 (telefonata minn mowbajl b'operaturi barranin. Japplikaw tariffi normali inkluż ir-roaming) *
    L-informazzjoni bit-telefown tingħata minn Federacja Konsumentów l-assoċjazzjoni Pollakka tal-konsumaturi. Dan il-proġett hu ffinanzjat mill-Uffiċċju tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi u l-Kompetizzjoni fil-Polonja u mill-Kummissjoni Ewropea.

Iċċekkja d-dokumenti personali tiegħek

  • Jekk tidħol il-Polonja minn barra ż-żona Schengen, iċċekkja mas-servizz nazzjonali tiegħek dwar it-tip ta' dokument li għandek bżonn.
  • Liċenzja tas-sewqan valida, jekk qed tippjana li tikri karozza.
  • Passaport validu, jekk sejjer l-Ukraina.
  • Bħala ċittadin tal-UE, tista' tingħata protezzjoni konsulari minn pajjiżek jew minn kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE f'każ ta' problema serja meta tkun barra mill-UE.

Lista ta' ambaxxati u ta' konsulati fl-Ukraina

Il-Kard Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

Akkwista l- Kard Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa biex tingħata aċċess għall-kura tas-saħħa fil-Polonja bi ħlas baxx jew bla ħlas.

Din il-kard hi valida fiż-Żona Ekonomika Ewropea u fl-Isvizzera. Din tinkludi l-Polonja, iżda mhux l-Ukraina. Madankollu xorta jkun jeħtieġlek assigurazzjoni fuq l-ivvjaġġar.


Attention Health Advice!

Gawdi minn drittijietek bħala konsumatur mill-UE

  • Tkun xi tkun in-nazzjonalità tiegħek, il-liġijiet tal-konsumaturi tal-UE jipproteġulek drittijietek f'kull pajjiż tal-UE.
  • Ikkonsulta l-websajt tagħna jew ikteb permezz ta' rikjesta fuq il-websajt dwar kull problema relatata mal-konsumaturi li tiltaqa' magħha.
  • L-Ukraina mhix parti mill-UE għalhekk hemmhekk id-drittijiet tal-konsumaturi jistgħu jkunu differenti. Jekk għandhek mistoqsijiet jew teħtieġ assistenza, ikkuntattja lill-Polz Federali tal-Konsumatur Ukrain (tel: +38 044 51 39 936, email: ucf_pulse@ukr.net).
    Għal aktar tagħrif: http://www.consumerinfo.org.ua.

Fittex b'sebgħa għajnejn opportunitajiet biex tiffranka l-flus

Oqgħod attent ħafna meta tfittex opportunitajiet onlajn biex tiffranka l-flus fuq biljetti tal-ajru u akkomodazzjoni.

Ir-regoli tal-UE jipprojbixxu informazzjoni żbaljata dwar prezzijiet jew servizzi.

Ibbukkja b'mod intelliġenti

Evita li tħalli għall-aħħar biex tibbukkja matul dan il-perjodu iffullat.

Jekk ibbukkjajt pakkett ta' vaganzi li jinkludi tal-anqas 2 minn dawn li ġejjin:

  • Trasport
  • Akkomodazzjoni
  • Servizzi turistiċi oħrajn li jagħmlu parti sostanzjali mill-pakkett
  • U
  • Is-servizz ikopri aktar minn 24 siegħa jew jinkludi waqfa għal lejl

Għandek id-dritt li tittrasferixxih lil xi ħaddieħor jew titlob li tikkanċellah, jekk il-pakkett jinbidel b'mod konsiderevoli.

Ivvjaġġa mingħajr ebda ħsibijiet

  • Titjiriet imħassrin, dewmien fit-tul, titjira miċħuda? Lagiġ mitluf jew bil-ħsara?

    Uża d-drittijietek bħala passiġġier bl-ajru tal-UE biex tingħata rimborż, rotta oħra, kumpens jew aktar.

    Il-linja tal-ajru għandha tinformak dwar drittijietek.
  • Bil-ferrovija – tista' wkoll tingħata kumpens jekk il-bagalji tiegħek jintilfu jew jiġrilhom ħsara, jew jekk il-vjaġġ tiegħek jitħassar jew jiddawwar.

Ifhem il-kirja tal-karozza tiegħek

Meta tikri karozza, għandek id-dritt għal informazzjoni ċara u termini ta' kuntratt ġusti.

Iċċekkja l-aħjar pariri tagħna.

Kun af qabel ma tixtri

Ix-xerrejja fil-pajjiżi tal-UE għandhom l-istess drittijiet minimi tal-konsumaturi.

  • Sentejn garanzija – il-bejjiegħ għandu jsewwi jew jibdel oġġetti bi ħsara mingħajr ħlas. Jekk dan mhux possibbli fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjenza, tista' titlob li tingħata l-flus lura jew tnaqqis fil-prezz. Garanziji kummerċjali ma jiħdux post il-garanzija minima ta' sentejn iżda jistgħu jikkumplementawha.
  • Bħala ċittadin tal-UE, għandek dritt għall-istess prezz għal prodott jew servizz bħall-persuni mil-lokal. Dan ifisser li ma tistax tkun rifjutat servizz sempliċement minħabba li tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE.

Ingħata għajnuna u parir bla ħlas

Lura f'pajjiżek bi problema minħabba xiri?

Ikkuntattja liċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumaturi f'pajjiżek jekk xtrajt oġġetti jew servizzi minn negozjanti li jinsabu f'pajjiż ieħor tal-UE.

BILJETTI

Il-ħruġ ta' biljetti jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-UEFA u l-bejjiegħa akkreditati tagħha BISS.

Ixtri l-biljetti tiegħek skont ir-regoli maħruġin mill-UEFA biex tevita li tispiċċa b'biljetti foloz.

Irreferi kull problema li għandha x'taqsam mal-biljetti lill-UEFA.